Left arrow Mur Lura

DISKUSSI L-PROPOSTI GĦAL SEBA’ PROĠETTI OĦRA BIEX JITTEJBU T-TOROQ TAT-‘TEN-T NETWORK’ TA’ MALTA

pr0492
Date Icon 30/03/2006
Illumsaret it-tieni laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar seba’ proġetti proposti biex jittejjeb in-network ta’ toroq li jagħmlu parti mit-Trans European Network – Transport (TEN-T) fiċ-ċentru u t-tramuntana ta’ Malta.
Dinil-laqgħa kienet issegwi laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika simili li saret il-ġimgħa l-oħra għal 6 proġetti oħra li hemm proposti għan-nofsinhar ta’ Malta.
Dawnit-13–il proġetti għal titjib f’toroq arterjali li jiffurmaw parti mit-TEN-T ta’ Malta kienu ġew identifikati mill-Gvern fi Frar tas-sena l-oħra biex ikunu eleġibbli għall-finanzjament mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea bejn is-snin 2007 u 2013. Stimi inizjali jpoġġu n-nefqa totali fuq dawn il-proġetti għal madwar €315 miljun.
It-tirtal-Gvern huwa li joħroġ l-ewwel tenders minn dan il-pipeline ta’ proġetti ta’ toroq matul dan is-sajf, biex ix-xogħol fuqhom ikun jista’ jibda’ kmieni s-sena d-dieħla – hekk kif jidħol fis-seħħ il-perjodu finanzjarju l-ġdid ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan sabiex Malta tkun tista’ tibda’ tibbenefika mill-ewwel mit- €805 miljun li ġew allokati lilha fil-‘budget’ ta’ bejn l-2007 u l-2013.
Fl-introduzzjonitiegħu għall-preżentazzjoni tal-proposti, il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, l-Onor. Jesmond Mugliett qal li dawn il-proġetti ser jgħamlu d-differenza fil-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Il-Ministruqal li wara n-negozjati mal-Kummissjoni Ewropea, l-UE kienet iddeċidiet li ddaħħal l-ajruport, erba portijiet u 51 kilometru ta’ toroq arterjali fit-Trans European Network – Transport (TEN-T) tagħha. Dawn kollha għalhekk jistgħu jitjiebu b’finanzjament taħt il-Fond ta’ Koeżjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.
“It-toroqhuma l-medium ewlieni li jgħaqdu l-irħula ta’ pajjiżna mal-portijiet u l-ajruport tagħna. Dawn il-proġetti li qed nipproponu llum għalhekk huma pedina mportanti fl-iżvilupp ta’ pajjiżna minħabba li jolqtu mill-viċin aspetti varji tal-ekonomija ta’ pajjiżna – it-turiżmu u l-kummerċ fuq kollox,” qal il-Ministru Mugliett
Is-seba’proġetti li kienu ttrattati fil-laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika tal-lum kienu:
ProġettV – Titjib u żvilupp tar-Roundabout tal-Kappara fi Triq Reġjonali u Triq M.A. Vassalli
ProġettVI – Titjib u żvilupp ta’ Triq M.A. Vassalli u Triq Sant’Andrija
ProġettVII – Titjib u żvilupp ta’ Triq il-Kosta
ProġettVIII – Żvilupp ta’ triq mix-Xemxija sal-Mellieħa (Xemxija Bypass)
ProġettIX – Titjib tat-Telgħa ta’ Pennellu
ProġettX – Titjib tat-Triq tul il-Bajja ta’ l-Għadira
ProġettXI – Titjib ta’ Triq il-Marfa
Il-Ministrugħall-Iżvilupp Urban u Toroq żied jgħid li għalkemm dawn il- laqgħat ta’ konsultazzjoni pubblika huma mitluba mill-Unjoni Ewropea bħala parti mill-proċess tal-iżvilupp u s-sottomissjoni ta’ dawn il-proġetti għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni, il-Gvern iħoss li l-‘input’ tal-poplu Malti huwa kruċjali għas-suċċess tal-proġetti nfushom.
“F’uħudmill-proġetti li ser niddiskutu llum għandna iktar minn proposta waħda x’nuru. Dan huwa xhieda li llum ġejna hawn niltaqgħu magħkom għax ebda proposta minn dawn ma hija definittiva u bi ħsiebna nkomplu nirfinawhom u ntejjbuhom skond dak li joħroġ minn din il-laqgħa,” qal il-Ministru Mugliett.
Il-Ministrużied igħid iżda li dawn il-proġetti jridu jitwettqu għall-ġid komuni tal-poplu.
“It-TEN-Troad network ta’ pajjiżna għandu bżonn titjib sostanzjali. L-agħar għażla għall-ġid ta’ pajjiżna tkun jekk ma jsir xejn fuq dawn it-toroq u nitilfu l-opportunità tad-deheb li għandna quddiema – jiġifieri dik nieħdu l-għajnuna mill-Unjoni Ewropea biex jkollna ‘network’ ta’ toroq li tassew jixraq lil pajjiż modern,” temm jgħid il-Ministru Mugliett.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

Aktar Stqarrijiet Right arrow