Left arrow Mur Lura

PASSI BIEX JISSAĦĦAĦ IS-SUQ TAL-BEJGĦ TAL-KAROZZI ĠODDA

pr0485
Date Icon 29/03/2006

Il-Gvern huwa kommess li jkompli jistimola s-suq tal-karozzi filwaqt li jkompli jaħdem kontra l-abbuż fil-qasam tal-bejgħ tal-karozzi u ċ-ċertifikazzjoni tagħhom. 

Waqt li kien qiegħed iniedi is-17 l-edizzjoni tal-Motor Fair fit-Trade Fair Grounds fin-Naxxar, il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq Jesmond Mugliett qal li l-aħħar tnax–il xahar raw it-tlestija ta’ l-akbar proġett ta’ bini ta’ toroq li qatt ra pajjiżna.  

“Issa dħalna fil-programm ta’ xogħol tal-proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea. Dan il-programm huwa ta’ l-istess skala bħat-toroq tal-Protokoll Taljan, jinvolvi seba’ proġetti f’Malta u Għawdex. F’dawn l-aħħar tnax –il xahar, l-ADT kienet wkoll għaddejja b’ħidma sabiex jittejbu l-proċeduri amministrattivi li jirregolaw diversi aspetti tas-sewqan. 

“Filwaqt li x-xogħol fuq it-toroq ser iwassal biex l-esperjenza tas-sewqan f’pajjiżna titjieb – u dan minnu innifsu jagħmel l-investiment f’karozzi ġodda aktar attrajenti, ħdimna wkoll fuq tibdil amministrattiv biex dan is-suq jissaħħaħ,” qal il-Ministru Mugliett.

Hu qal li aktar kmieni din is-sena, l-Awtorità dwar it-Trasport introduċiet ċertifikazzjoni obbligatorja għall-vetturi użati li jiġu mportati f’Malta. 

“Iċ-certifikazzjoni mill-JEVIC tiżgura li l-karozzi wżati kollha li jidħlu f’Malta jkollhom l-arloġġ tal-mili li jkun verament qed juri kemm tkun intużat l-vettura in kwistjoni. Din iċ-ċertifikazzjoni tfisser li x-xerrej Malti jkun ċert minn dak li jkun qed jixtri, iżda fuq kollox li l-valur ta’ dawn il-vetturi fuq is-suq jkun jirrifletti l-istorja ta’ kull vettura qabel din waslet Malta. M’hemmx dubju li din il-miżura ser tkompli żżid id-distinzjoni bejn is-suq tal-karozzi second hand u dak tal-karozzi ġodda. 

“Daħħalna miżuri oħra sabiex nikkontrollaw l-abbużi li karozzi 4-wheel drive użati jiddaħħlu f’Malta bħala karozzi kummerċjali. Sar ukoll tibdil fis-sistema tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi K u Y, sabiex jinqatgħu l-abbużi u jkun faċilitat il-kiri ta’ vetturi b’reġistrazzjoni K lill-entitajiet governattivi,” qal il-Ministru Mugliett. 

Il-Ministru Mugliett kompla jgħid li fl-aħħar budget, il-Gvern kien daħħal ukoll inċentiv għax-xiri ta’ vetturi kummerċjali ġodda li jifilħu jġorru aktar minn ħames tunnellati. 

“It-tnaqqis fit-taxxa ta’ reġistrazzjoni ta’ dawn il-vetturi qed tgħin biex il-flotta ta’ vannijiet u trakkijiet f’pajjiżna tinbidel f’waħda li hija aktar effiċjenti u għalhekk tħammeġ anqas l-ambjent,” qal il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq. 

Ittieħdu passi ukoll biex tiżdied it-trasparenza u l-kontabilità fil-Vehicle Roadworthiness Test. 

“Bil-ftehim li lħaqna mal-GRTU, tnaqqset l-administration fee tat-test, filwaqt li r-riżultati tat-testijiet li jsiru fuq il-vetturi issa qed jidħlu ‘online’ malli t-test jitlesta. Ġew iċċarati wkoll il-proċeduri li jirregolaw dan is-suq. Filwaqt li dan it-tibdil naqqas il-burokrażija fil-proċess tal-ittestjar tal-vetturi kollha, tnaqqas sew il-lok għall-abbuż. Aktar ‘l quddiem ser insaħħu din il-miżura bl-installazzjoni ta’ CCTV cameras f’kull VRT station u introduzzjoni ta’ ‘penalty point system’ u mekkaniżmu ta’ appell għal min jikser ir-regolamenti,” qal il-Ministru. 

Il-Ministru spjega wkoll li r-riforma tad-Direttorat tal-Liċenzji u Ttestjar li saret matul l-aħħar sena u nofs wasslu għal żieda fl-effiċjenza tiegħu u tnaqqis drastiku fil-ħinijiet ta’ ikkjuwjar. 

“Ir-ri-organizzazzjoni fl-użu tar-riżorsi umani fid-direttorat u l-ingaġġ ta’ ‘part-timers’ biex jaħdmu fid-Direttorat waqt ‘peak hours’ u granet meta jkun mistenni aktar xogħol wassal għal aktar flessibilità fid-Direttorat. Iddaħħlu wkoll bosta miżuri ġodda oħra, fosthom: 

  • Saret ri-organizzazzjoni tal-ikkjuwjar fid-direttorat li tiffaċilita t-tiġdid tal-liċenzji individwali.

              Kju għall-K u GY plates
              Ġiet introdotta sistema għat-tiġdid tal-liċenzji tal-vetturi f’daqqa.
  • Ġew ri-organizzati s-sistemi u l-proċeduri ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi ġodda u wżati li wasslet għal tnaqqis ta’ karti u xogħol.
  • Iddaħħal Customer Care Unit fid-Direttorat stess.

“Dan it-titjib flimkien ma’ ‘streamlining’ ta’ proċeduri oħra wassal għal żieda gradwali fl-effiċjenza u l-effettività tad-Direttorat u tnaqqis drastiku fil-ħinijiet ta’ stennija tal-klijenti tant li l-istennija massima għal tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan niżlet għal 5 minuti, filwaqt li l-istennija massima ta’ 20 minuta fl-aħħar tax-xahar għal tiġdid tal-liċenzja  tal-karozza,” temm jgħid il-Ministru. 

Intant, għal darb’oħra l-Awtorità Dwar it-Trasport din is-sena ser tkun qed tieħu sehem fis-sbatax –il edizzjoni tal-Motor Fair biex tippromwovi u ssaħħaħ l-idea ta’ sigurta’ akbar fit-toroq tagħna.  

Il-Motor Fair tkun miftuħa fit-Trade Fair Grounds fin-Naxxar mil-lum l-Erbgħa 29 ta’ Marzu sal-Ħadd 2 t’April.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

Aktar Stqarrijiet Right arrow