JIDĦOL FIS-SEĦĦ L-AVVIŻ LEGALI LI JWASSAL GĦAT-TRANSPOŻIZZJONI TAD-DIRETTIVA TA’ L-GĦASAFAR TA’ L-UNJONI EWROPEA
pr0484
29/03/2006
| Il-Ministeru | għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ippublika illum l-Avviż Legali li permezz tiegħu qed iwettaq it-transpożizzjoni sħiħa fil-liġi Maltija tat-Trattat ta’Adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea u l-provvedimenti tad-Direttiva ta’ l-Għasafar ta’ l-Unjoni Ewropea. |
| Il-pubblikazzjoni | ta’ dan l-Avviż Legali qed issir wara proċess ta’ konsultazzjoni pubblika li l-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent kien nieda f’Settembru li għadda u wara li evalwa bir-reqqa s-sottomissjonijiet kollha li kienu mressqa. |
| Permezz | ta’ dan l-Avviż Legali, l-Kumitat ORNIS ser jibda jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, ibbażati fuq rapporti xjentifiċi, għad-deċiżjoni tal-Ministru dwar meta għandu jkun l-istaġun tal-kaċċa u teħid ta’għasafar kif ukoll dwar l-għasafar li jkunu jistgħu jiġu kkaċċjati u maqbuda f’dak l-istaġun partikolari. Il-Kumitat ORNIS, li se jkollu tibdil fil-kompożizzjoni tiegħu, se jissaħħaħ billi ser jinkludi wkoll membri indipendenti minn kull organizzazzjoni li għandha x’taqsam kemm mal-kaċċa kif ukoll mal-konservazzjoni ta’ l-għasafar u persuni oħrajn esperti fl-oqsma ta’ l-avifawna u t-teħid ta’ l-għasafar. |
| L-istaġun | ta’ bħalissa, li jagħlaq fit-22 ta’ Mejju li ġej mhux ser ikun effetwat b’dawn ir-regolamenti. |
| Ta’ | min ifakkar li l-iskop tad-Direttiva ta’ l-Għasafar mhuwiex li twaqqaf il-kaċċa imma li tiżgura li l-kaċċa tkun sostenibbli u ma tipperikolax dawk l-ispeċi ta’għasafar li l-popolazzjoni tagħhom qed tonqos. |
| Il-Ministeru | għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ifakkar li huwa fl-interess ta’ kulħadd li jkun assigurat li kull attivita’ ssir f’parametri legali u bi prattiċi sostenibbli. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261956
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...
PR261955en