Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT: L-ISKEMI TA’ ĠBIR TA’ SKART

pr0478
Date Icon 29/03/2006

Il-Gvern jinnota l-kummenti li għamlet il-GRTU fir-rigward ta’ skemi ta’ ġbir ta’ skart, l-aktar kontenituri tax-xorb.

Wara laqgħa li saret fl-aħħar jiem bejn il-Gvern u l-GRTU, kien miftiehem li l-GRTU tissottometti b’mod uffiċjali l-pożizzjoni tagħha dwar din il-kwistjoni, liema komunikazzjoni għadha ma waslitx sal-lum.

Il-Gvern jirriafferma li għalih l-għan ewlieni f’din il-kwistjoni huwa li jintlaħqu l-miri ambjentali, inkluż li l-obbligu ta’ l-ispiża ambjentali taqa’ wkoll fuq il-produttur jew importatur, u l-Gvern għaddej bl-isforzi kollha possibli biex joħloq l-istrutturi li jwasslu għal dan.

Fi sforz biex jilħaq dan l-għan b’mod mill-aktar effettiv, il-Gvern qed iħares lejn is-soluzzjonijiet kollha possibbli, inkluż dawk is-soluzzjonijiet li diġa’ jitħaddmu bħalissa u li wrew li kienu effettivi biex jintlaħaq l-għan li jkun imħares l-ambjent.

Il-Gvern beda jikkonsulta mal-partijiet kollha konċernati biex kull deċiżjoni jkollha l-akbar appoġġ possibbli u dan jiżgura li din tkun effettiva.

Fost dawn is-soluzzjonijiet hemm dik tad-deposit refund fuq kontenituri ta’ xorb u li kienet ippreżentata lill-GRTU. Il-Gvern itenni l-pożizzjoni tiegħu li għandu jkun hemm distinzjoni netta bejn il-kwistjoni tad-deposit refund u min jiġbor il-kontenitur u jħallas id-deposit refund. Il-pożizzjoni tal-Gvern hi li ħadd ma jista’ jzomm lil xi produtturi jew importaturi li jagħmlu deposit refund fuq l-iskart li huma jipproduċu, speċjalment jekk ir-retailer ma jkunx obbligat li jippartecipa. Il-Gvern ma jsib l-ebda oġġezzjoni jekk ir-retailer jitħalla jipparteċipa fi skemi bħal dawn b’mod volontarju.

Dan il-prinċipju jeħtieġ li jkun miftiehem mill-partijiet kollha konċernati, inkluż mill-GRTU.

Hekk kif ikun notifikat uffiċjalment mill-GRTU, il-Gvern se jgħarbel il-pożizzjoni u l-alternattivi mressqa mill-GRTU sabiex fi żmien qasir il-Gvern ikun jista’ jħabbar il-pożizzjoni finali tiegħu dwar din il-kwistjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

More Press Releases Right arrow