IL-MINISTRU GĦALL-KOMPETITTIVITA’ U L-KOMUNIKAZZJONI CENSU GALEA JŻUR L-‘NSTF SCIENCE WEEK 2006’
Waqt żjara li għamel fl-okkażjoni ta’ Science Week 2006 li qed tiġi organizzata mill-NSTF (National Student Travel Foundation), il-Ministru għall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni Censu Galea qal li “Element importanti fil-qasam tal-Kompetittivita’ huwa proprju r-Riċerka u l-Innovazzjoni, u l-proġetti li qegħdin jesebixxu dawn l-istudenti huma eżempju ċar ta’ dan.”
Il-Ministru kompla li s-settur tax-Xjenza u t-Teknoloġija f’pajjiżna qed jikber b’rata mgħaġġla, u dan jidher ukoll mid-domanda dejjem tikber ta’ impjiegi f’dan il-qasam. Għaldaqstant, il-Gvern qiegħed jgħin u jinkoraġixxi lill-istudenti biex jagħżlu li jkomplu jistudjaw dawn is-suġġetti.
Fost id-diversi attivitajiet li torganizza l-NSTF, wieħed mill-proġetti ewlenin tagħhom hu li jtellgħu lill-istudenti barra minn Malta u viċi versa, biex b’hekk dawn jiksbu iktar esperjenza fl-istudji tagħhom ’il barra minn xtutna. Għal dan il-għan, il-Ministeru għall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni jappoġġja lil din il-Fondazzjoni u jinkoraġġiha timxi ‘l quddiem.
Din is-sena iktar minn 40 proġett qed ikunu eżebiti minn studenti li jattendu diversi skejjel madwar Malta u Għawdex, u iktar minn 5,000 student iżuru din l-eżibizzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261956
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...
PR261955en