JUM IL-ĦELSIEN 2006 F’GĦAWDEX
Jum il-Ħelsien se jiġi ċċelebrat ukoll f’Għawdex, b’attivita’ ppreseduta mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, nhar il-Ġimgħa, 31 ta’ Marzu.
Il-kommemorazzjoni ta’ jiem sinifikanti fl-istorja ta’ pajjiżna, fosthom Jum il-Ħelsien, minn din is-sena ser tiżvolġi b’mod differenti bil-ħsieb li tkun iktar ta’ attrazzjoni għall-Għawdxin u dawk kollha fi gżiritna f’dawn il-jiem.
L-attivita’ tinkludi programm mużikali mill-Banda tal-Pulizija fi Pjazza Indipendenza, Victoria li jibda fis-6.30pm. Il-programm ser joffri għażla sabiħa ta’ siltiet melodjużi leġġeri li għandhom jintlaqgħu tajjeb mill-pubbliku preżenti. Waqt din l-attivita’, tinqara wkoll poezija kommemorattiva miktuba għall-okkażjoni mill-Kav. Joe M Attard.
Il-pubbliku huwa mistieden jattendi għal din l-attivita’ li qed tiġi ppreżentata mill-Kumitat Organizzativ Kultura (Ministeru għal Għawdex). Ser ikun hemm numru ta’ siġġijiet limitati għal dawk li jattendu. Il-kunċert u l-bqija ta’ l-attivita’ huma mingħajr ħlas.
Stqarrijiet Oħra:
PR261956
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...
PR261955en