Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT: SKEMI TA’ ĠBIR FUQ KONTENITURI TA’ XORB

pr0473
Date Icon 28/03/2006

Fil-ħidma tiegħu biex tkompli tiġi ndirizzata l-problema dwar l-immaniġġjar ta’ l-iskart, il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino ltaqa’ ma’ delegazzjoni tal-GRTU immexxija mis-Sur Vince Farrugia biex jiddiskuti magħha l-pjanijiet tal-Gvern li jdaħħal skema ta’ deposit-refund fuq kontenituri ta’ ħafna mix-xarbiet prodotti lokalment, kif ukoll dawk impurtati.

Il-Gvern jisħaq li l-esperjenza li għandha Malta fil-qasam tad-deposit refund hemm bzonn li tkompli tiġi żviluppata. Dan għandu jsir billi s-sistemi li qed jitħaddmu f’pajjiżna llum, fuq numru limitat ta’ xarbiet, jinfirxu fuq il-kontenituri tax-xarbiet l-oħra wkoll. Id-deposit refund fuq kontenituri tax-xorb qed tinfirex u hemm numru ta’ pajjiżi, inklużi dawk kollha nordiċi, li jħaddmu sistemi bħal dawn. Minħabba li l-kontenituri tax-xorb għandhom potenzjal kbir ta’ littering, sistemi ta’ deposit refund jassiguraw li dan ma jseħħx.

Matul il-laqgħa l-Ministru Pullicino tenna li ħadd ma jista’ jzomm lil xi produttur jew importatur li jagħmel deposit refund fuq l-iskart li huwa jipproduċi, speċjalment jekk ir-retailer ma jkunx obbligat li jippartecipa. Il-Gvern ma jsib l-ebda oġġezzjoni jekk ir-retailer jitħalla jipparteċipa fi skemi bħal dawn b’mod volontarju. Il-Ministru Pullicino appella għas-sens komun mill-partijiet konċernati kollha sabiex l-ambjent f’pajjiżna jieħu dehra aħjar. Hu saħaq li din it-tip ta’ skema fuq il-kontenituri tax-xorb u skemi oħrajn privati huma neċessarji sabiex l-ambjent f’pajjiżna jkun jista’ jieħu r-ruħ.

Hu fakkar li kif kien tħabbar, kull min jipparteċipa fi skema privata li tirkupra l-iskart iwassal biex ikun eżentat milli jħallas l-Eko Kontribuzzjoni skond kemm ikun irkuprat materjal. Intant fi tmiem il-laqgħa l-Gvern talab li l-pożizzjoni tal-GRTU tkun ikkomunikata uffiċjalment fl-aqsar żmien possibli sabiex tkun tista’ tittieħed deċiżjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

Aktar Stqarrijiet Right arrow