Left arrow Mur Lura

Ħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet f’żoni turistiċi għall-perjodu tas-Sajf

pr0469
Date Icon 27/03/2006
Wara l-aħħar emendi li daħlu fis-seħħfl-1 ta’ Jannar 2006, is-Segretarju Parlamenti għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, xtaq ifakkar li l-perjodu tal-bejgħ tas-Sajf (Summer Period) beda mill-1 ta’ Marzu u jibqa’ sejjer sal-31 ta’ Ottubru 2006.
Madanakollu, bl-aħħar emendi li saru għar-regolamentital-ħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet, il-ħinijiet għall-bejgħ tal-Milied ġew estiżi biex issa l-bejgħ tal-Milied jista’ jsir mill-1 ta’ Novembru sas-7 ta’ Jannar.  Dan ifisser li f’dan il-perjodu in-negozji kollha jkunu jistgħu jiftħu sa’ l-10.00pm f’kull lokalita’.
In-negozji li jistgħu jiftħu fiż-żonituristiċi fil-perjodu tas-Sajf, jiġifieri mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Ottubru mis-6.00am sal-11.00pm, huma dawk in-negozji li l-aktar li jbiegħu:
(a)Xarbiet, ħelu u prodotti tat-tabakk; jew
(b)Ħut, krostaċej u molluski; jew
(c)Arloġġi ta’ l-idejn, arloġġi tal-mejda u ġojjellerija; jew
(d)Souvenirs u oġġetti ta’ xogħol tas-snajja’; jew
(e)Kotba, gazzetti, kartolerija u oġġetti ta’ l-uffiċċju; jew
(f)Oġġetti tal-fwieħa; jew
(g)Tagħmir għall-għawm u għadis; jew
(h)Oġġetti ta’ preċiżjoni fotografiċi, ottiċi u dawk relatati
Dawn il-ħwienet jistgħu jiftħu kemm-il darba jinsabu f’dawnil-lokalitajiet:

Malta

Belt Valletta
Birgu
Birżebbuġa
Bormla
Gżira
Isla
Marsaskala
Marsaxlokk
Mdina
Mellieħa
Msida
Rabat
San Ġiljan
San Pawl il-Baħar
Sliema
Swieqi
Ta’ Qali, il-Villaġġ tas-Snajja’ fil-lokalita’ Attard
Ta’ Xbiex
Wied iż-Żurrieq, fil-lokalita’ Qrendi

Għawdex

Marsalforn u Qbajjar, fil-lokalita’ ŻebbuġMġarr Rabat Ta’ Dbieġi, il-Villaġġ tas-Snajja’ fil-lokalita’ Għarb Xlendi
Bidla oħra li saret dan l-aħħar, u li dehret fil-pubblikazzjoni tar-regolamentikif issa ġew emendati, toffri il-possibilita’ li f’dawn il-lokalitajiet ukoll, għal dan il-perjodu tas-Sajf, ħwienet li l-aktar li jbiegħu prodotti ta’ ikel (li huma magħrufa aħjar bħala grocers) u li ma jkoprux aktar minn 350 metru kwadru ta’ spazu jistgħu jiftħu nhar ta’ Ħadd u fi btajjel pubbliċi mis-6.00am sal-5.00pm mingħajr ma japplikaw biex jieħdu sehem f’roster kif kienet ir-regola tas-sena li għaddiet.  Għalhekk, dawn in-negozji jkunu jistgħu jiftħu nhar ta’ Ħadd u btajjel pubbliċi f’dan il-perjodu tas-sena u aktar tard f’Novembru u Diċembru bil-bejgħ tal-Milied.
Dawn l-emendi li saru huma riżultat ta’ eżerċizzju ta’simplifikazzjoni ta’ regolamenti li permezz tagħhom il-Gvern qed ifittex li joħoloq bilanċ bejn il-ħtiġijiet tal-konsumaturi u l-bejgħ f’pajjiżna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow