Left arrow Go Back

TISBIĦ TAL-PJAZZA TA’ ĦAL LIJA - TISBIĦ TAL-QALBA TA’ L-IRĦULA TAGĦNA

pr0461
Date Icon 24/03/2006

Il-qalba jew ċentru ta’ l-irħula tagħna fihom il-knisja u l-pjazza, żewġ elementi essenzjali ta’ l-arkitettura rurali ta’ pajjiżna. Fil-pjazza jiżbukkaw it-toroq prinċipali ta’ kull raħal, karatteristika ewlenija ta’ l-ambjent mibni fejn naturalment it-toroq dojoq u mgħawwġa jwasslu għall-aktar monument importanti fil-lokalita`, il-knisja tar-raħal. Għaldaqstant, huwa essenzjali li dawn l-elementi uniċi ta’ l-irħula tagħna jiġu msebbħa u rranġati kif jixraq fl-interess tal-wirt arkitettoniku ta’ pajjiżna. Dan qalu l-Ministru Ninu Zammit meta kien qed iżur xogħlijiet ta’ tisbiħ fil-pjazza u Triq it-Trasfigurazzjoni f’Ħal-Lija.

Dan il-proġett ta’ tisbiħ fil-pjazza ta’ Ħal-Lija ġie ddisinjat minn Periti fit-taqsima tal-Bini u Inginerija, filwaqt li x-xogħlijiet qegħdin isiru mit-taqsima tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Tajjeb li ngħidu li dan qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija.

Il-Ministru spjega li x-xogħlijiet jikkonsistu fit-tneħħija tal-bankina esistenti, tibdil tas-servizzi fosthom mains ta’ l-ilma, elettriku u telephones, kif ukoll tibdil tal-house connections ta’ dawn l-istess servizzi. Qed jinbnew ukoll manholes u inspection chambers relatati ma’ dawn is-servizzi.

Il-proġett jinvolvi it-tneħħija tal-bankini eżistenti, tqegħid ta’ sub-base tal-konkos, bini ta’ kurduna mill-ġdid u fil-preżent qed jitpoġġa madum li jikkomplimenta ma’ l-ambjent rustiku tal-lokalita`. Fil-parti l-wiesgħa tal-bankini se jitpoġġew 17-il bank ta’ l-injam u se tiġi nstallata sistema ġdida ta’ dawl b’arbli u lampi dekorattivi kemm quddiem il-knisja kif ukoll tul it-Triq Trasfigurazzjoni. It-tul kollu tal-bankini hu ta’ madwar 280 metru filwaqt li l-pavimentar hu ta’ ‘l fuq minn 1,600 metru kwadru.

Il-bankini huma ta’ wiesgħa mdaqqas u se jservu wkoll bħala żona ta’ rikreazzjoni fiċ-ċentru tal-pjazza.

Il-Ministru Ninu Zammit tenna li l-Works Division fil-preżent għaddejja b’ħidma ntensiva fuq diversi proġetti ta’ tisbiħ, restawr u xogħol infrastrutturali ieħor sabiex jitjieb l-ambjent tal-pajjiż kollu.

It-twettiq ta’ l-proġett tal-pjazza ta’ Ħal-Lija għaldaqstant qed ikompli mal-katina ta’ proġetti oħra fil-pjazez ta’ pajjiżna bħal ma’ sar diga` fil-pjazza tal-Mellieħa u Ħal-Safi u bħal ma qed isir fil-pjazza ta’ Ħal-Kirkop u Birżebbuga. L-għan aħħari ta’ dawn it-tip ta’ proġetti hu li filwaqt li jissebbaħ iċ-ċentru ta’ l-lokalitajiet kkonċernati jerġa` joħloq il-karatteristika ta’ l-ambjent vernakolari ta’ pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

More Press Releases Right arrow