Left arrow Mur Lura

PROGRAMM TA' ATTIVITAJIET FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' JUM IL-ĦELSIEN NHAR IL-GIMGĦA, 31 TA' MARZU, 2006

pr0460
Date Icon 24/03/2006

Il-Kumitat Festi Nazzjonali qed jorganizza dawn l-attivitajiet biex jitfakkar "Jum il-Ħelsien" nhar il-Gimgħa, 31 ta' Marzu, 2006.

ĊERIMONJA KOMMEMORATTIVA

09.30 a.m.    Il-Banda tal-Forzi Armati u l-Gwardja ta' l-Unur tifforma fi Pjazza Gavino Gulia, Bormla.

09.35 a.m.   Jibda marċ minn Pjazza Gavino Gulia, li jgħaddi via x-Xatt ta' Bormla, Triq Santa Tereża
                   u Triq San Lawrenz, Birgu sa quddiem il-Monument tal-Ħelsien, Birgu.

09.48 a.m.    Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati

09.51 a.m.    Wasla tal-Prim Ministru

09.55 a.m.    Wasla ta’ l-E.T. il-President ta' Malta

                    L-E.T. il-President ta' Malta jispezzjoni l-Gwardja ta' l-Unur

                    L-E.T. il-President ta' Malta u l-Prim Ministru jqiegħdu bukketti fuq il-Monument.
                    Tindaqq il-Fanfara u jsir it-tqegħid tal-bukketti.

                    Jindaqq l-Innu Nazzjonali

REGATTA

1.30 p.m.   Regatta Tradizzjonali fil-Port il-Kbir. Ikun hemm tiġrijiet tad-Dgħajjes A tal-Midalji -
                 Frejgatini - Dgħajjes C tal-Pass - Kajjikki - Dgħajjes B tal-Pass fil-Kategoriji Open u dik
                 Reserves. Wara kull tiġrija ssir il-preżentazzjoni tat-tazzi u l-palji tat-tiġrija partikolari lill-
                 ewwel tlett opri klassifikati. Wara li jispiċċaw it-tiġrijiet kollha ssir preżentazzjoni mill-
                 Onor Ministru Francis Zammit Dimech, Ministru għat-Turizmu u l-Kultura, tax-"Shield" lill-
                 klabb li jikseb l-akbar għadd ta' punti fit-tiġrijiet tal-Kategorija 'Open' u oħra fil-Kategorija
                 reserves.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow