Left arrow Mur Lura

Kjarifika mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni

pr0454
Date Icon 23/03/2006
Id-Diviżjonita’ l-Edukazzjoni tixtieq tiċċara xi punti dwar ir-rapportaġġ ta’ l-istrajk tal-għalliema li dehru fil-ġurnali ta’ llum.   Waqt li tagħraf li f’dawn iċ-ċirkostanzi jkun ħafna aktar għaqli li l-persuni konċernati jsibu soluzzjonijiet f’ambjent ta’ diskussjoni madwar mejda, kif sar s’issa, id-Diviżjoni tixtieq tiċċara xi aspetti ta’ interess tal-pubbliku in ġenerali.
Id-Diviżjonita’ l-Edukazzjoni għamlet kull ma  setgħet biex it-trasport iwassal l-istudenti siegħa aktar tard mis-soltu.  Id-Diviżjoni għamlet kuntatt ma’  l-assoċjazzjonijiet li jipprovdu t-trasport, iżda dawn l-assoċjazzjonijiet, minħabba impenji li diġa’ kellhom, ma kinux fil-pożizzjoni li jilqgħu din it-talba. Biex jiġi evitat li t-tfal jitilfu ġurnata skola minflok siegħa, il-Kapijiet u l-Assistenti Kapijiet, bħala amministraturi ta’ l-iskejjel, ġew mitluba jiftħu l-iskola għall-ħarsien ta’ l-istudenti nfushom.
Id-Diviżjonitinnota li ħafna mill-proposti tal-MUT huma fil-fatt proposti li  jidhru fid-dokument ta’ riforma ‘Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll’, u jinnota li   f’dawn l-aħħar xhur kien beda djalogu ta’ konsultazzjoni dwarhom.
Fil-każta’ l-inċident li mħabba fih inqalgħet il-kwestjoni,   id-deċiżjoni biex l-istess student jagħmel l-eżamijiet fl-iskola ittiedet mill-amministrazzjoni ta’ l-istess skola u ġiet ikkomunikata lid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni. Id-Diviżjoni rrispettat din il-fehma kif ukoll ix-xewqa li  l-għalliema  ma  jagħmlux superviżjoni ma’ dan l-istudent. Għalhekk id-Diviżjoni bagħtet skrivana tagħha, u mhux tal-Ministeru, biex issir is-superviżjoni.  Id-Divizjoni tafferma li fl-ebda mument il-Ministru Galea ma influenza din id-deċiżjoni. Id-Diviżjoni informat lill-MUT b’dawn il-fatti.
Kien il-Bord Nazzjonali ta’ l-Imġiba fl-Iskejjel, u ħaddaktar,  li rrakkomanda li t-tifel involut jirritorna lura fl-istess Liċeo wara li kkonsidra sew il-fatti kollha tal-każ. Id-Diviżjoni tirrikonoxxi l-esperjenza u l-professjonalita’ ta’ l-edukaturi fuq il-Bord u tirrispetta d-deċiżjonijiet kemm tal-mexxejja ta’ l-iskejjel kif ukoll tal-membri tal-bordijiet stabbiliti.   Id-Diviżjoni qatt ma ndaħlet f’din id-deċiżjoni.
Id-Diviżjonitixtieq tenfasizza li ħadd mill-uffiċjali tagħha ma għamel xi forma ta’  pressjoni  fuq xi ħaddiem biex jagħmlu xogħol ta’ superviżjoni waqt il-perjodu ta’ strajk. Huwa ta’dispjaċir għaliha  li d-diskussjonijiet li kienu bdew b’mod tassew professjonali ser jitwaqqfu, għaliex b’diskussjoni biss nistgħu intejbu l-kwalita’ fl-edukazzjoni.
Id-Diviżjonita’ l-Edukazzjoni tinsab ċerta li l-persuni kollha interessati fl-iżvilupp ta’ l-edukazzjoni f’pajjiżna huma kapaċi jkomplu l-proċess ta’ konsultazzjoni biex jinstabu soluzzjonijiet u jitjiebu s-servizzi offruti lill-istudenti.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow