Kjarifika mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni
pr0454
23/03/2006
| Id-Diviżjoni | ta’ l-Edukazzjoni tixtieq tiċċara xi punti dwar ir-rapportaġġ ta’ l-istrajk tal-għalliema li dehru fil-ġurnali ta’ llum. Waqt li tagħraf li f’dawn iċ-ċirkostanzi jkun ħafna aktar għaqli li l-persuni konċernati jsibu soluzzjonijiet f’ambjent ta’ diskussjoni madwar mejda, kif sar s’issa, id-Diviżjoni tixtieq tiċċara xi aspetti ta’ interess tal-pubbliku in ġenerali. |
| Id-Diviżjoni | ta’ l-Edukazzjoni għamlet kull ma setgħet biex it-trasport iwassal l-istudenti siegħa aktar tard mis-soltu. Id-Diviżjoni għamlet kuntatt ma’ l-assoċjazzjonijiet li jipprovdu t-trasport, iżda dawn l-assoċjazzjonijiet, minħabba impenji li diġa’ kellhom, ma kinux fil-pożizzjoni li jilqgħu din it-talba. Biex jiġi evitat li t-tfal jitilfu ġurnata skola minflok siegħa, il-Kapijiet u l-Assistenti Kapijiet, bħala amministraturi ta’ l-iskejjel, ġew mitluba jiftħu l-iskola għall-ħarsien ta’ l-istudenti nfushom. |
| Id-Diviżjoni | tinnota li ħafna mill-proposti tal-MUT huma fil-fatt proposti li jidhru fid-dokument ta’ riforma ‘Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll’, u jinnota li f’dawn l-aħħar xhur kien beda djalogu ta’ konsultazzjoni dwarhom. |
| Fil-każ | ta’ l-inċident li mħabba fih inqalgħet il-kwestjoni, id-deċiżjoni biex l-istess student jagħmel l-eżamijiet fl-iskola ittiedet mill-amministrazzjoni ta’ l-istess skola u ġiet ikkomunikata lid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni. Id-Diviżjoni rrispettat din il-fehma kif ukoll ix-xewqa li l-għalliema ma jagħmlux superviżjoni ma’ dan l-istudent. Għalhekk id-Diviżjoni bagħtet skrivana tagħha, u mhux tal-Ministeru, biex issir is-superviżjoni. Id-Divizjoni tafferma li fl-ebda mument il-Ministru Galea ma influenza din id-deċiżjoni. Id-Diviżjoni informat lill-MUT b’dawn il-fatti. |
| Kien il-Bord Nazzjonali ta’ l-Imġiba fl-Iskejjel, u ħadd | aktar, li rrakkomanda li t-tifel involut jirritorna lura fl-istess Liċeo wara li kkonsidra sew il-fatti kollha tal-każ. Id-Diviżjoni tirrikonoxxi l-esperjenza u l-professjonalita’ ta’ l-edukaturi fuq il-Bord u tirrispetta d-deċiżjonijiet kemm tal-mexxejja ta’ l-iskejjel kif ukoll tal-membri tal-bordijiet stabbiliti. Id-Diviżjoni qatt ma ndaħlet f’din id-deċiżjoni. |
| Id-Diviżjoni | tixtieq tenfasizza li ħadd mill-uffiċjali tagħha ma għamel xi forma ta’ pressjoni fuq xi ħaddiem biex jagħmlu xogħol ta’ superviżjoni waqt il-perjodu ta’ strajk. Huwa ta’dispjaċir għaliha li d-diskussjonijiet li kienu bdew b’mod tassew professjonali ser jitwaqqfu, għaliex b’diskussjoni biss nistgħu intejbu l-kwalita’ fl-edukazzjoni. |
| Id-Diviżjoni | ta’ l-Edukazzjoni tinsab ċerta li l-persuni kollha interessati fl-iżvilupp ta’ l-edukazzjoni f’pajjiżna huma kapaċi jkomplu l-proċess ta’ konsultazzjoni biex jinstabu soluzzjonijiet u jitjiebu s-servizzi offruti lill-istudenti. |
Other Press Releases:
PR261956
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...
PR261955en