IT-TIENI MEDALJA GĦAL MALTA
pr0449
23/03/2006
Wara li aktar kmieni din il-ġimgħa intrebħet l-ewwel medalja tal-fidda għal Malta fil-logħob tal-pajjiżi tal-Commonwealth, illum l-atleta Malti William Chetcuti rebaħ medalja tal-Bronż fid-dixxiplina ta’ l-isparar (Double Trap). B’hekk Malta issa rebħet żewġ Medalji f’dawn il-logħob.
Il-Ministru Louis Galea jifraħ lill-William Chetcuti għall-prestazzjoni tiegħu biex ikkonferma il-medalja tal-Bronż li kien rebaħ fl-aħħar edizzjoni ta’ dawn il-logħob f’Manchester. Il-Ministru jtenni l-awgurju tiegħu għal aktar prestazzjonijiet pożittivi mill-Maltin li bħalissa qed jikkompetu f’Melbourne l-Awstralja.
Stqarrijiet Oħra:
PR261955en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...
PR261955