Left arrow Go Back

Tweġiba lill-MUT

pr0445
Date Icon 22/03/2006

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Żgħażagħ u Xogħol Dr. Louis Galea, illum fin-12:30 wassal bl-idejn ittra lill-President ta’ l-MUT is-Sur John Bencini. 

Il-Ministeru qed jippubblika l-ittra li tispjega diversi punti li qed tqanqal l-MUT.  Minn din l-ittra għandu joħroġ bl-aktar mod ċar kemm hu inġust u fieragħ kull diskors dwar konfrontazzjoni. 

Il-Ministru Galea jżid jgħid li l-Att dwar l-Edukazzjoni jgħabbi lill-Ministru bir-responsabbiltà għat-tifsil u r-reviżjoni ta’ policies u linji ta’ gwida anke f’materji ta’ dixxiplina fl-iskejjel. 

Dwar l-inċident fi skola sekondarja fin-Naxxar, filwaqt li l-Ministeru u d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni jikkundannaw l-imġieba abbużiva ta’ l-istudent, għandu jkun magħruf li l-awtoritajiet ta’ l-iskola issospendew lill-istudent konċernat u l-każ se jiġi riferut lill-Bord Nazzjonali tad-Dixxiplina. 

Il-Ministru Louis Galea jieħu tassew gost li jkollu l-opportunità jiltaqa’ ma’ delegazzjonijiet ta’ l-ETUCT u ta’ l-ETUC biex jispjegalhom il-proposti u l-miżuri li l-Ministeru qed jaddotta biex ittejjeb il-kwalità ta’ l-edukazzjoni, inkluż il-qasam ta’ l-imġiba u dixxiplina fl-iskejjel. 

Il-Ministru Louis Galea iqis bla ebda ġustifikazzjoni d-deċiżjoni ta’ l-MUT li twaqqaf il-kuntatt mal-Ministeru.  Għal kuntrarju l-Ministru hu konvint li s-soluzzjonijiet jinstabu biss bid-djalogu u n-negozjati kif kien qed jiġri sal-lum.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

More Press Releases Right arrow