RISPOSTA GĦALL-ISTQARRIJA TAL-MUMN DWAR L-ISPTAR SAN LUQA
pr0442
22/03/2006
| Mill-istqarrija tagħha, | jidher li l-MUMN taħseb li billi sempliċement tespandi is-servizzi fil-komunità issolvi l-iffullar fl-Isptar San Luqa. L-istatistika turi li in-nies qegħdin jgħixu aktar u dan qiegħed jikkawża li bosta anzjani jridu jew ma jridux ikollhom bżonn ħafna aktar kura medika u jkollhom iqattghu l-aħħar snin rikoverati. |
| Għalhekk il-problema hija ħafna aktar komplessa u ma ssolvihiex | bis-soluzzjoni li qed tipproponi l-MUMN. |
| Il-Gvern qiegħed | ifittex soluzzjonijiet fit-tul u għalhekk riċentement ħa d-deċiżjoni li jżid is-sodod għar riabilitazzjoni u jipprovdi aktar sodod għall-anzjani. |
| Id-Diviżjoni tas-Saħħa tixtieq tiġbed l-attenzjoni ta' l-MUMN li d-deċiżjonijiet | jittieħdu wkoll fil-parametri tal-budget għax inkella nkunu qed infasslu servizzi li ma jkunux sostenibbli. |
| Il-konklużjoni tal-MUMN hi li jekk id-Diviżjoni ma tagħmilx dak li tgħid | il-Union dan ifisser ostilità. Id-deċiżjonijiet tad-Diviżjoni ma humiex ibbażati fuq l-interessi tal-Union biss imma qabel kollox fuq il-bżonnijiet tal-pazjenti u s-sostenibilità tas-servizz. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261955en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...
PR261955