Left arrow Mur Lura

IL-ĦAMIS ĠURNATA TA’ SKOLA

pr0434
Date Icon 22/03/2006

L-awtoritajiet edukattivi ġew informati li l-Kunsill tal-MUT ikkonferma d-direttiva ta’ azzjoni industrijali biex nhar il-Ħamis, 23 ta’ Marzu, “l-għalliema jirrappurtaw għax-xoghol siegħa wara l-ftuħ uffiċjali normali ta’ l-iskola.”

Il-Kunsill tal-MUT ikkonferma d-deċiżjoni tiegħu minkejja d-diskussjonijiet li l-uffiċjali tal-unjon kellhom ma’ l-ogħla awtoritajiet edukattivi nhar il-Ħamis li għadda fejn, fost ħwejjeġ oħra, ġew elenkati l-miżuri kollha li l-Ministeru u d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni qed jieħdu bħala parti mir-riforma fis-sistema edukattiva.

L-awtoritajiet edukattivi jinfurmaw lill-ġenituri li l-ġurnata tal-Ħamis hija ġurnata oħra ta’ skola.

Wara kuntatti li kien hemm bejn l-awtoritajiet u l-kuntratturi tat-trasport ta’ l-iskejjel, irriżulta li ma kienx possibbli għalihom li jibdlu l-ħin miftiehem fil-kuntratt li fih kull filgħodu jiġbru l-istudenti. Għaldaqstant, nhar il-Ħamis filgħodu, it-trasport ta’ l-iskejjel se jaħdem bħas-soltu u kif miftiehem mal-kuntratturi tat-trasport.

Saru arranġamenti biex il-Ħamis filgħodu, l-Pulizija tkun fejn l-iskejjel u tassigura li t-traffiku ma jkun ta’ l-ebda periklu għall-istudenti.

L-awtoritajiet edukattivi iqisu li jibqa` dmir tal-Kapijiet ta’ l-iskola u ta’ l-Assistenti Kapijiet li jirrapportaw għax-xogħol normali u li jdaħħlu l-istudenti fl-iskola fil-ħinijiet li normalment jiftħu l-iskejjel.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow