Pjan ta’ Ħidma għas-sena li ġejja mill-KNŻ
pr0432
21/03/2006
| Il-Kunsill | Nazzjonali taz-Żgħażagħ (KNZ) ippreżenta l-pjan ta’ ħidma 2006-7 lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Dr. Louis Galea fil-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Il-pjan ta’ ħidma jaħseb biex isaħħaħ l-istrutturi interni u s-sehem ta’ l-għaqdiet fi ħdan il-KNŻ. L-uffiċjali u l-għaqdiet fi ħdan il-KNŻ għandhom l-awtonomija meħtieġa biex imexxu l-quddiem il-miri tagħhom. |
| Il-KNŻ, | b’Lorenzo Vella bħala President u Nicholas Baldacchino bħala Viċi President, jikko-ordina r-relazzjonijiet mal-Gvern u l-korpi Governattivi inkluż relazzjonijiet mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD). Il-KNZ irid li l-uffiċċji tiegħu iservu ta’ ċentru nazzjonali taż-żgħażagħ. Il-KNŻ irid li jsaħħaħ il-finanzi billi jidentifika bank, aġenzija ta’ l-ivvjaġġar, kumpanija tat-telefonija, kumpanija ta’ l-assikurazzjoni, u kumpanija elettronika sabiex joffru għajnuna finanzjarja. |
| Il-Kumitat | Internazzjonali fi ħdan il-KNŻ se jorganizza seminar internazzjonali bit-tema ta’ Active European Citizenship. Il-Ministru Galea faħħar ukoll l-inizjattiva li qed jieħu l-KNŻ fejn qed jaħdmu id f’id mal-Kunsilli Lokali biex aktar kunsilli jkollhom Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ. “Hemm bżonn li żgħażagħ li ma jiffurmawx parti minn għaqda wkoll ikunu rappreżentati u l-KNŻ qed juri biċ-ċar li l-ħidma tiegħu ma tieqafx biss fejn jidħlu l-għaqdiet, imma tiġbor fiha wkoll l-individwi kollha li għal xi raġuni jew oħra m’humiex parti minn xi għaqda”, qal Louis Galea. |
| Filwaqt | li tenna l-impenn tiegħu u tal-Gvern favur iż-żgħażagħ Louis Galea temm jgħid li l-KNŻ irid ikompli jaħdem fuq it-twettiq tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ kif ukoll biex jippromwovi l-European Youth Pact, dokument ta’ l-UE favur iż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u l-impjiegi. Importanti wkoll li tkompli għaddejja l-ħidma biex ikun hemm ċittadinanza attiva fost iż-żgħażagħ u biex jiżdied ir-rikonoxximent ta’ l-edukazzjoni mhux formali, esperjenzi li minnhom iż-żgħażagħ jitgħallmu ħafna u jiksbu ħiliet importanti u li xi drabi m’humiex apprezzati biżżejjed fid-dinja tax-xogħol. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261955en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...
PR261955