Left arrow Mur Lura

“IMPENN TAL-GVERN LEJN L-ISTUDENTI U NEGOZJI ĠODDA” – SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO

pr0415
Date Icon 17/03/2006
“It-tagħlimta’ l-imprenditorija ma jieqafx ma’ tmiem l-edukazzjoni obbligatorja ta’ student imma jibqa għaddej anke meta l-istudent jidħol fid-dinja tax-xogħol. Dan huwa l-principju ewlieni li dan il-Gvern qiegħed jippromwovi permezz tas-Segretarjat tiegħi.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li fiha ġie mniedi kwestjonarju għal ex-studenti ta’ l-MCAST.  Il-konferenza ta’ l-aħbarijiet saret mill-istand tas-Segretarjat fil-Careers Convention li qiegħda ssir bħalissa fin-Naxxar.  Preżenti wkoll għat-tnedija kien hemm il-Prinċipal ta’ l-MCAST, is-Sur Frank Edwards, kif ukoll iċ-Chairman, is-Sur Victor Scicluna.
Is-SegretarjuParlamentari kompla jgħid li “hija l-intenzjoni ta’ dan is-Segretarjat li jassigura li l-għajnuna għal kull min ikun interessat jibda n-negozju tiegħu tkun disponibbli ferm qabel ma l-istudent jasal biex itemm l-istudji tiegħu u jerħila għad-dinja tax-xogħol.  Il-ftuh ta’ negozji ġodda u s-sostenibbilita` ta’ negozji preżenti kienu, għadhom u jibqgħu prijorita` fil-ħidma ta’ dan il-Gvern, u għalhekk bħala Segretarjat responsabbli minn dan is-settur qegħdin inżommu kuntatt fil-qrib ma’ dawn in-negozji.
“Is-SegretarjatParlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed qiegħed għalhekk jaħdem fil-qrib mal-Kullegg Malti għal-Arti, Xjenza u Teknologija (MCAST) sabiex jippromwovi t-tagħlim u l-motivazzjoni fost studenti tal-MCAST lejn l-imprenditorija, u sabiex ikun dejjem aktar vicin il-ħtigijiet ta’ l-istudenti f’korsijiet vokazzjonali.
“Danil-kwestjonarju, li s-Segretarjat qiegħed iniedi flimkien ma’ l-MCAST, huwa eżercizzju sabiex permezz tiegħu dawk l-ex studenti ta’ l-MCAST li fetħu n-negozju tagħhom, jew li qegħdin jahdmu għal rashom, ikunu jistgħu jiġu mgħarrfa aħjar, u tkun tista’ tiġi offruta lilhom l-għajnuna kollha meħtiega.  Barra minhekk, l-MCAST jistgħu ikollhom stampa ċara ta’ fejn qed imorru l-istudenti wara li itemmu l-istudji tagħhom u l-Gvern ikun jista’ jkollu l-aħjar informazzjoni dwar x’inhuma l-isfidi li qed jiltaqgħu magħhom dawn l-ex studenti.”

L-Onor. Vassallo qal ukoll li “fiż-żminijiet li qed ngħixu fihom wieħed jirrealizza kemm id-dinja tax-xogħol qed tinbidel u magħha qed jinbidlu wkoll l-aspetti u l-kundizzjonijiet kollha ta’ impjieg.  Illum il-ġurnata qed naraw ħafna aktar nies li jagħzlu li jiftħu in-negozju tagħhom sabiex ikunu jistgħu jwettqu fil-prattika dak li jkunu tgħallmu.  Dan huwa ferm inkoraġġit mis-Segretarjat tiegħi u mill-Kulleġġ tal-MCAST, u permezz ta’ dan il-kwestjonarju hija l-intenzjoni tagħna li naraw dan l-ewwel ezerċizzju jirnexxi.”

Il-Prinċipalta’ l-MCAST, is-Sur Frank Edwards, qal li f’dinja li kull ma jmur qegħda tinbidel hemm bżonn li jkollna aktar ħiliet u tagħrif, biex inkunu nistgħu nikkompetu.  Huwa qal ukoll li l-MCAST qegħda taħdem flimkien mas-setturi ta’ l-industrija u tan-negozju biex tkun tista’ tipprovdi korsijiet u seminars oħra li jkunu ta’ għajnuna għal negozji żgħar.  Is-Sur Victor Scicluna, Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi ta’ l-MCAST qal li l-MCAST ma tridx tkun biss post fejn wieħed imur biex jikseb kwalifiakazzjonijiet qabel ma jidħol fid-dinja tax-xoghol, iżda hija wkoll ċentru biex jinkiseb tgħallim u informazzjoni, u l-għan tagħha huwa li tipprovdi life-long learning.
Is-SegretarjuParlamentari Edwin Vassallo temm billi qal li “negozji ġodda huma s-sinsla ta’ ekonomija b’saħħitha u li qed tikber, u huwa b’sodisfazzjon li ninnota li dawn qegħdin kull ma’ jmur jiżdiedu.  Aħna determinati li nkomplu naraw il-ftuh ta’ aktar negozji ġodda u l-messaġġ tagħna huwa wieħed ta’ impenn lejn dawk kollha li jixtiequ l-għajnuna tal-Gvern”
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow