Left arrow Mur Lura

MIXTLA TA’ BORMLA: IMPENN MILL-GVERN BIEX ISEBBAĦ IN-NOFSINHAR TA’ MALTA

pr0411
Date Icon 17/03/2006
Il-Gvernimpenjat bis-sħiħ biex isebbaħ, iżid l-ekonomija u jtejjeb l-ambjent fin-Nofsinhar ta’ Malta u dan qed isir bil-fatti.  Dan qalu l-Ministru Ninu Zammit meta żar xogħlijiet li qed isiru fil-Mixtla ta’ Bormla sabiex masġar jinbidel f’żona ta’ rikreazzjoni għan-nies tal-lokal u l-lokalitajiet tal-madwar.
Il-MinistruZammit spjega li dan il-proġett ikompli jgħaqqad mal-katina ta’ proġetti fin-Nofsinhar ta’ Malta b’mod partikolari fil-Kottonera.  Waqt iż-żjara tiegħu l-Ministru Zammit ta’ spjegazzjoni dettaljata tax-xogħlijiet marbutin mat-trasformazzjoni ta’ din iż-żona ta’ rikreazzjoni.  Hu qal li l-proġett hu bbażat fuq diversi passaġġi madwar il-masġar kollu li flimkien jgħaqqdu numru ta’ pjazez li se jkunu mibnija f’postijiet differenti madwar il-masġar kollu.  F’waħda minn dawn il-pjazez, li prattikament hija l-akbar waħda u tkopri area ta’ madwar 1,500 metru kwadru, se tinbena funtana u se jinbena wkoll ħajt bl-arkati li se jagħti dehra ta’ gallarija simili bħal dak li hemm fil-Barrakka ta’ Fuq.  Barra minn din il-pjazza se jkunu mibnija numru ta’ pjazez iżgħar li flimkien ma’ din il-pjazza jkopru area ta’ ‘l fuq minn 2,900 metru kwadru.
Il-pavimentarli se jintuża huwa tal-franka u granite u jlaħħaq għal ammont sostanzjali, ta’ ‘l fuq minn 7,600 metru kwadru.  Il-Perit Zammit kompla billi qal li sabiex setgħu jiġu maħluqa l-passaġġi u l-pjazez sar u se jsir taħmil ta’ ‘l fuq minn 3,000 metru kubu ta’ materjal u d-disinn sar b’tali mod li jiġu rispettati l-livelli eżistenti u bl-iskop ewlieni li s-sigar eżistenti jibqgħu fil-post.  Barra minn hekk, tajjeb wieħed jinnota li mhux biss se jinżammu s-siġar eżistenti iżda f’din iz-zona ta’ rikreazzjoni se jithawlu ‘l fuq minn 400 siġra oħra sabiex tinżamm id-dehra tal-mixtla.
It-tulta’ passaġġi li se jgħaqqdu l-pjazez u se jservu għal żona pedonali fl-istess mixtla jaqbeż 1,000 metru u se jkunu aċċessibli għal kulħadd.  Mad-dawra tal-masġar, li jkopri area ta’ ‘l fuq minn 50,000 metru kwadru jew madwar 50 tommna art, qed jinbena boundarywall u bankina li jkopri medda ta’ ‘l fuq minn 1,700 metru tul.
Il-MinistruZammit tenna li bħal ma’ wieħed jistenna f’żona ta’ rikreazzjoni se tiġi nstallata sistema ta’ dawl, se jiġu mmanifatturati u nstallati 13-il gazebo ta’ l-injam, madwar 83 bank  u 60 kontenitur ta’ l-iskart.  Gost ieħor f’din il-mixtla se jkun mudell ta’ l-ibliet tal-Kottonera fejn se jiġi maħdum u mpoġġi mudell fuq skala żgħira ta’ kull belt li fih wieħed ikun jista`  japprezza s-sbuħija u l-kobor tal-fortifikazzjonijiet u s-swar li jdawru l-area tal-Kottonera.  Dan il-mudell li se jissejjaħ ‘little cottonera’ se jservi wkoll bħala area għat-tfal fejn dawn ikunu jistgħu joqgħodu jduru u jilgħabu madwar dan il-mudell.
Ix-xogħolkollu ta’ dan il-proġett qed isir mill-ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet u t-Taqsima tas-Servizzi fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u l-ispiża tal-materjal taqbeż il-kwart ta’ miljun lira.
Finalmentil-Ministru stqarr li dan il-proġett se jservi bħala l-pulmun għan-nies tal-Kottonera u l-lokalitajiet viċin u flimkien mal-pavimentar u l-illuminazzjoni li qed isir ukoll bħalissa mal-Bieb ta’ Santa Liena se jkompli jagħti d-dehra li tixraq lill-waħda mill-eqdem bliet ta’ pajjiżna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow