Left arrow Go Back

Żjara f’Malta mid-Direttur Eżekuttiv tal-United Nations Environment Programme (UNEP)

pr0406
Date Icon 17/03/2006

Id-Direttur Eżekuttiv tal-United Nations Environment Programme (UNEP) Dr Klaus Toepfer se jagħmel żjara f’Malta bejn il-21 u t-22 ta’ Marzu 2006 fuq stedina tal-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino.  Dr Toepfer huwa wkoll id-Deputat Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. 

Dr. Toepfer, li mistenni jtemm il-karriera diplomatika tiegħu fi żmien qasir, se jingħata rikonoxximent Honoris Causa mill-Universita’ ta’ Malta għall-ħidma twila tiegħu fis-settur ta’ l-ambjent.  Fost impenji oħrajn li se jkollu f’Malta, Dr Toepfer se jindirizza wkoll lecture pubbliku bit-tema ’Environment for Development’.  Dan il-lecture, li għalih hu mistieden kulħadd u li d-dħul għalih huwa b’xejn, se jsir it-Tlieta 21 ta’ Marzu 2006 fis-6.15pm fis-Sala Ellul Mercer, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, l-Belt Valletta. 

Matul iż-żjara tiegħu f’Malta Dr Toepfer se jiltaqa’ ma’ uffiċjali ta’ l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar u se ssirlu preżentazzjoni dwar ir-Rapport dwar l-Istat ta’ l-Ambjent Malti li kien pubblikat dan l-aħħar.  Id-Direttur Eżekuttiv tal-UNEP se jkollu wkoll laqgħa nformali ma’ NGO’s li jaħdmu fis-settur ambjentali. 

Toepfer kien Ministru Federali ta’ l-Ambjent fil-Ġermanja bejn l-1987 u l-1994. Hu introduċa regolamenti u liġijiet importanti bħal dawk tal-life-cycle economy (iċ-ċiklu tal-prodott minn meta jinħoloq għal kif jiġi riċiklat).  Toepfer kellu sehem determinanti fis-suċċess tas-Summit dwar id-Dinja li kien sar f’Rio de Janeiro fl-1992 u kellu wkoll sehem determinanti fin-negozjati għall-United Nations Framework Convention on Climate Change u biex twaqqfet il-Global Environment Facility (GEF). 

Dr Klaus Toepfer huwa magħruf għall-ħidma tiegħu fil-promozzjoni tal-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli, u għall-ġlieda tiegħu favur il-kawża tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

More Press Releases Right arrow