Jintemm proġett ta’ Lm3 Miljun, li qiegħed jiggarantixxi madwar 3,000 impjieg
“Bil-proġett li għadu kif ġie fi tmiemu, ġew imtejjba l-kundizzjonijiet tax-xogħol f’erba’ zoni industrijali, li huma l-Mosta, il-Ħandaq, Haż-Żebbug u l-Mrieħel, li fihom sar xogħol estensiv fuq l-infrastruttura. F’dawn iz-zoni hemm madwar 3,000 impjieg, li huma kollha maħluqa minn negozji żgħar.”
Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari ghan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo waqt żjara li għamel fiz-zona Industrijali tal-Mosta. “Dawn iz-zoni jkattru x-xogħol u bħala Gvern qegħdin nippruvaw ngħinuhom u nsostnuhom kemm nistgħu, għax huma s-sinsla ta’ l-industrija Maltija.” Preżenti wkoll waqt iż-żjara kien hemm rappreżentanti mill-GRTU u l-FOI, kif ukoll rappreżentanti mill-Kunsill Lokali tal-Mosta.
Is-Segretarju Parlamentari qal li “aħna nemmnu li t-titjib ta’ l-infrastruttura huwa biss l-ewwel pass, u issa qegħdin insostnu n-negozju f’dawn iz-zoni b’kampanji edukattivi u informattivi, kif ukoll billi noqghodu attenti li z-zoni jinżammu nodfa u aktar organizzati. Qegħdin niġbru wkoll informazzjoni minn kull zona biex ikollna ‘database’ ta’ dawk kollha li jaħdmu fiz-zoni industrijali tagħna, biex b’hekk inkunu nistgħu nwasslulhom opportunitajiet u inizjattivi, kemm ta’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq bażi nazzjonali. Aħna ser inkunu qegħdin naħdmu wkoll biex niffaċilitawlhom il-‘marketing’ u l-promozzjoni tal-prodotti u s-servizzi tagħhom.
“Mill-informazzjoni li ġbarna s’issa miz-zona industrijali ta’ Tarġa Gap, il-Mosta, sibna li hawn 331 bieb f’din iz-zona. Sibna li f’104 bibien li fuqhom għandna informazzjoni kompluta, hemm 303 haddiema jaħdmu. Dan ifisser li f’din iz-zona waħedha hawn madwar 1,000 ħaddiem. Sibna wkoll li madwar terz tan-negozji f’din iz-zona huma ta’ mastrudaxxa, filwaqt li terz ieħor huma ‘panel beaters’ u ‘sprayers’. Dan juri li s-settur tal-injam, minkejja xi tħassib li kien hemm, baqa’ wieħed b’saħħtu,” kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari Vassallo.
L-Onor. Vassallo qal ukoll li “aħna għamilna kampanji fost iz-zoni kollha biex dawk li għandhom negozju f’zona industrijali u li għad m’għandhomx liċenza tan-negozju japplikaw għaliha, biex b’hekk jiġu konformi mal-liġi. Fil-fatt din il-kampanja tat il-frott għaliex jekk wieħed jara l-istatistika ta’ l-applikazzjonijiet għal liċenza tan-negozju li kien hemm f’Jannar u Frar ta’ din is-sena, meta mqabblin mas-sena l-oħra, jara li kien hemm żieda fl-applikazzjonijiet. Fil-fatt, fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena, diġa’ kien hemm kważi 200 applikazzjoni għal liċenza ta’ negozju, li jfisser li qegħdin jidħlu 3 applikazzjoni kuljum.”
Applikazzjonijiet li saru ghand it-TLU |
Stqarrijiet Oħra:
PR261955en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...
PR261955