Left arrow Mur Lura

KONSULTAZZJONI PUBBLIKA - PJAN NAZZJONALI TA’ AZZJONI DWAR L-INKLUŻJONI SOĊJALI

pr0400
Date Icon 15/03/2006

Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali jistieden lill-pubbliku biex jipparteċipa f’konsultazzjoni dwar il-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni dwar l-Inkulżjoni Soċjali.

Sabiex nimxu ‘l quddiem fi triqitna lejn l-inklużjoni soċjali hemm bżonn li naħdmu minn ħafna naħat u li jsir networking serju.

Għalhekk, il-Ministeru żviluppa kwestjonarju li wieħed jista’ jniżżel minn www.mfss.gov.mt/services/content.asp?id=1635. L-għan huwa li nsiru nafu x’qiegħed jaħdem tajjeb fil-kamp ta’ l-inklużjoni soċjali, x’mhuwiex qed jaħdem, u kif nistgħu ntejbu ħidmitna fil-futur.

Ġew identifikati disa’ kategoriji ta’ ħidma: it-tfal, iż-żgħażagħ, il-familja, l-anzjani, l-immigranti irregolari, persuni b’dipendenza fuq drogi, alkoħol u vizzji oħra, il-vjolenza domestika, id-diżabilità, u s-saħħa mentali.

Nistiednu lill-pubbliku u speċifikament lill-organizzazzjonijiet li jaħdmu f’dawn id-disa’ setturi sabiex jibagħtu t-tweġibiet tagħhom sa’ nhar it-Tnejn, 3 ta’ April. It-tweġibiet jistgħu jintbagħtu bl-email lil socialinclusion@gov.mt  jew bil-posta indirizzati lil Uffiċċju għall-Inklużjoni Soċjali, Palazzo Ferreria, 310, Triq ir-Repubblika, il-Belt, CMR 02.

Il-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni dwar l-Inklużjoni Soċjali huwa maħsubsabiex jiġbor informazzjoni li fil-futur jintuża biex jinkitbu r-Rapporti Nazzjonali fuq l-iStrateġiji dwar il-Protezzjoni u l-Inklużjoni Soċjali.

Il-Ministeru jfakkar lill-organizzazzjonijiet li ġew mistiedna jinnominaw uffiċjal għall-inklużjoni soċjali biex ikun il-focal point għas-settur tal-ħidma speċifika  ta’ dawn l-organizzazzjonijiet biex jibagħtu wkoll dawn in-nominazzjonijiet lill-istess Uffiċċju.

Għall-aktar tagħrif ċemplu lil Uffiċjal għall-Inklużjoni Soċjali tal-Ministeru, Theresa Micallef, fuq 2590-3217 jew iktbu lil socialinclusion@gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow