‘Single’ ġdidA tal-kantant żagħżugħ Triston B
“Life is a Beat” hija ‘single’ oriġinali ġdida mill-kantant żagħżugħ Triston B. Din is-‘single’ hija silta mużikali b’ħoss etniku li tiffoka fuq diversi mumenti mill-ħajja tal-bniedem.
“Life is a Beat” ta’ Natasha Turner b’mużika ta’ Paul Abela hija mmirata mhux biss għas-suq lokali iżda anke għal barra l-pajjiż. “Life is a Beat” għandha video li tnieda magħha. Dan il-video se jkun qed jintwera fuq stazzjonijiet televiżivi barranin fosthom f’Ċipru, Greċja, Rumanija, Bulgarija, Slovenja u Litwanja.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech, meta nieda uffiċjalment din ic-CD, qal li l-mużika u l-kant kienu jagħmlu parti mill-qasam kulturali ta’ pajjiżna. Hu qal li dawn kienu wkoll parti mil-lingwa internazzjonali għaliex fejn ma kienx jiftiehem bil-kliem, il-bniedem seta’ jiftiehem fil-mużika u l-kant.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-ħoss etniku ta’ din il-mużika, li jiffoka fuq id-diversi mumenti mill-ħajja tal-bniedem, kellu jwassal biex din is-‘single’ tkun popolari mhux biss lokalment iżda wkoll barra minn pajjiżna. Hu qal li l-fatt li l-video ta’ din is-‘single’ kien se jintwera fuq stazzjonijiet televiżivi barra pajjiżna kien fih innifsu garanzija ta’ popolarita’ għall-kantant żagħżugħ Malti.
“Illum l-artisti, il-kantanti u l-mużiċisti Maltin m’għadhomx aktar limitati għas-suq lokali iżda qed jimirħu barra pajjiżna fejn qed jiksbu suċċessi għalihom u għal pajjiżna,” qal il-Ministru Zammit Dimech li tenna li s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fetħet għal dawn iż-żgħażagħ orizzonti ġodda.
Il-Ministru Zammit Diemch feraħ lil Triston B għas-‘single’ ġdida tiegħu u awguralu kull suċċess.
Stqarrijiet Oħra:
PR261955en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...
PR261955