Left arrow Go Back

‘Single’ ġdidA tal-kantant żagħżugħ Triston B

pr0399
Date Icon 15/03/2006

“Life is a Beat” hija ‘single’ oriġinali ġdida mill-kantant żagħżugħ Triston B. Din is-‘single’ hija silta mużikali b’ħoss etniku li tiffoka fuq diversi mumenti mill-ħajja tal-bniedem. 

“Life is a Beat” ta’ Natasha Turner b’mużika ta’ Paul Abela hija mmirata mhux biss għas-suq lokali iżda anke għal barra l-pajjiż. “Life is a Beat” għandha video li tnieda magħha. Dan il-video se jkun qed jintwera fuq stazzjonijiet televiżivi barranin fosthom f’Ċipru, Greċja, Rumanija, Bulgarija, Slovenja u Litwanja. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech, meta  nieda uffiċjalment din ic-CD,  qal li l-mużika u l-kant kienu jagħmlu parti mill-qasam kulturali ta’ pajjiżna. Hu qal li dawn kienu wkoll parti mil-lingwa internazzjonali għaliex fejn ma kienx jiftiehem bil-kliem, il-bniedem seta’ jiftiehem fil-mużika u l-kant. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-ħoss etniku ta’ din il-mużika, li jiffoka fuq id-diversi mumenti mill-ħajja tal-bniedem, kellu jwassal biex din is-‘single’ tkun popolari mhux biss lokalment iżda wkoll barra minn pajjiżna. Hu qal li l-fatt li l-video ta’ din is-‘single’ kien se jintwera fuq stazzjonijiet televiżivi barra pajjiżna kien fih innifsu garanzija ta’ popolarita’ għall-kantant żagħżugħ Malti. 

“Illum l-artisti, il-kantanti u l-mużiċisti Maltin m’għadhomx aktar limitati għas-suq lokali iżda qed jimirħu barra pajjiżna fejn qed jiksbu suċċessi għalihom u għal pajjiżna,” qal il-Ministru Zammit Dimech li tenna li s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fetħet għal dawn iż-żgħażagħ orizzonti ġodda. 

Il-Ministru Zammit Diemch feraħ lil Triston B għas-‘single’ ġdida tiegħu u awguralu kull suċċess. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

More Press Releases Right arrow