Proġett bi sħab bejn ‘Heritage Malta’ u l-‘RMF’ għal mappa turistika ta’ Malta u Għawdex
‘Heritage Malta’ u l-RMF wettqu proġett bi sħab għall-publikazzjoni ta’ mappa bl-iskop li t-turist ikun jaf aħjar fejn huma s-siti ta’ wirt storiku u arkeoloġiku f’Malta u Għawdex. Il-mappa turi ukoll kif jistgħu jaslu għal dawn is-siti, jekk hux bil-karrozza tal-linja jew b’karrozza privata.
Il-mappa bil-kulur hi waħda dettaljata ħafna u tiffoka l-aktar fuq ir-rotot li jwasslu għas-siti u mużewijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ ta’ ‘Heritage Malta’. Il-mappa tindika wkoll jekk ir-rotot humiex arterjali, distributtivi jew sekondarji b’sistema ta’ numri għat-toroq. Il-mappa tinkludi lista ta’ rotot tal-karrozzi tal-linja.
Il-pubblikazzjoni tinkludi mapep mill-qrib ta’ ħames zoni f’Malta u Għawdex li fihom densita’ għolja ta’ siti u mużewijiet. Dawn jinkludu
o Il-belt Valletta u t-Tliet Ibliet fejn hemm l-akbar numru ta’ siti u mużewijiet ta’ ‘Heritage Malta’;
o Rabat u Mdina;
o Tarxien, Fgura u Paola;
o Victoria, Għawdex;
o Xagħra, Għawdex.
Il-mappa tinkludi wkoll is-siti dikjarati mill-UNESCO bħala wirt dinji u kif jiġri f’mapep oħra din il-mappa tinkludi skejjel, knejjes, stazzjonijiet tal-pulizija, lukandi, ‘pumping stations’ u postijiet oħra ta’ interess għat-turist.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech nieda din il-mappa. Hu feraħ sew lill-‘Heritage Malta’ kif ukoll lill-RMF għal din l-inizjattiva li tkompli tgħolli l-prodott turistiku Malti billi tagħti lit-turist ‘l-għodda’ biex ikun jista’ jżur aħjar is-siti storiċi u l-mużewijiet ta’ pajjiżna mingħajr il-ħtieġa ta’ għajnuna.
“Din il-mappa ta’ siti arkeoloġiċi u storiċi ta’ pajjiżna b’deskrizzjonijiet tas-siti u l-mużewijiet bl-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż tagħmel parti importanti mill-infrastruttura turistika ta’ pajjiżna u tkompli tgħin lit-turist biex jsegwi u japprezza l-wirt storiku kbir li għandu pajjiżna u li jmur lura 7,000 sena,” qal il-Ministru Zammit Dimech.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal hekk kif il-pajjiż inqasam f’sitt zoni turistiċi li għandhom jingħataw priorita’ fejn jidħlu proġetti ta’ tisbiħ f’din il-mappa Malta u Għawdex inqasmu f’ħames zoni fejn hemm l-akbar konċentrazzjoni ta’ siti storiċi u arkeoloġiċi u mużewijiet.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li t-turiżmu f’pajjiżna llum hu mibni fuq segments li wieħed mill-aktar importanti minnhom hu dak tat-turiżmu kulturali. Hu qal li bla dubbju ta’ xejn din il-mappa se tgħin biex jitkompla jissaħħaħ dan is-segment turistiku.
Other Press Releases:
PR261955en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...
PR261955