IL-PRIM MINISTRU JIPPARTEĊIPA FIĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET TA’ JUM IL-COMMONWEALTH U WARA FIL-KUNSILL TAL-MINISTRI GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U L-FINANZI TA’ L-UNJONI EWROPEA
pr0381
13/03/2006
Il-Prim Ministru akkumpanjat mis-Sinjura Gonzi, illum ħalla Malta għal Londra fejn ser jipparteċipa fiċ-Ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Commonwealth.
Il-Prim Ministru, minn Londra, ser jibqa’ sejjer Brussel fejn ser jipparteċipa fil-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi ta’ l-Unjoni Ewropea.
Fi Brussel, il-Prim Ministru ser ikun akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, Tonio Fenech, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana, u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, Paul Zahra.
Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta għada t-Tlieta, 14 ta’ Marzu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261955en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...
PR261955