Left arrow Mur Lura

L-EKONOMIJA GĦALL-2005 TIKBER F’TERMINI REALI B’2.5% – L-AĠENZIJA TA’ KREDITU MOODY’S JGĦOLLU R-RATING GĦAL PAJJIŻNA MINN STABBLI GĦAL WAĦDA POŻITTIVA

pr0374
Date Icon 10/03/2006

F’dawn l-aħħar 24 siegħa ħarġu żewġ stqarrijiet importanti li jikkonfermaw l-andament pożittiv li l-ekonomija ta’ pajjiżna qed tgħaddi minnu.

L-istatistika uffiċċjali ppublikata llum mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, jikkonferma l-andament u x-xejriet pożittivi li qabdet l-ekonomija Maltija matul l-2005. L-istatistika uffiċċjali turi li l-ekonomija ta’ pajjiżna f’termini reali kibret b’2.5% fuq is-sena 2004. Tajjeb wieħed jenfasizza li din hi r-rata ta’ tkabbir fost l-ogħla għal dawn l-aħħar snin, u tissupera l-medja Ewropea b’madwar 1%.

Aktar importanti hu l-fatt li dan it-tkabbir hu mifrux ma’ firxa wiesa’ ta’ diversi setturi ekonomiċi u produttivi ta’ pajjiżna, u f’perjodu ta’ trażżin f’dak li hu l-konsum mis-settur pubbliku.

Il-Gvern Malti hu sodisfatt b’dan r-riżultat li juri li matul l-2005, pajjiżna mhux biss irnexxielu jilħaq il-miri finanzjarji tiegħu, iżda fl-istess ħin jissupera dawk ekonomiċi.

F’dan l-aħħar ftit ġimgħat, l-andament ta’ l-ekonomija Maltija kienet taħt il-lenti internazzjonali. Fil-fatt f’anqas minn ftit ġimgħat, kemm il-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll l-Aġenzija ta’ Credit Rating Internazzjoniali Standard & Poors ħarġu rapporti mportanti u pożittivi fuq il-qagħda ekonomika ta’ pajjiżna.

Wara dawn ir-riżultati, llum il-Gvern Malti jerġa’ jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rapport pożittiv ieħor li ħarġet l-aġenzija ta’ Credit Rating Internazzjonali, Moody’s Investors Services.

Fl-istqarrija tagħha, l-Moody’s għolliet ir-rating ta’ Malta minn waħda stabbli għal waħda pożittiva, minħabba numru ta’ fatturi li jikkonfermaw is-serjeta’ tal-politika tal-Gvern. Dawn jinkludu l-livell baxx ta’ qagħad u inflazzjoni, dak li jipproduċi l-pajjiż ras imb’ras, il-politika finanzjarja tal-pajjiż u l-prospetti ta’ l-addozzjoni ta’ l-‘euro’.

Dan huwa rapport ieħor importanti u li jikkonferma l-għażla għaqlija li għamel il-poplu Malti meta ddeċieda li jidħol fl-Unjoni Ewropea, u li issa beda t-triq għall-addozzjoni ta’ l-‘euro’.

F’dan ir-rigward, Moody’s qalet li b’din id-direzzjoni, l-influss tad-dħul u ħruġ ta’ flus kapitali se jiġi stabbilit u b’hekk ikompli jsaħħaħ l-ottimiżmu għall-investiment lejn pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow