XOGĦLIJIET TA’ TOROQ F’DIVERSI ŻONI MADWAR GĦAWDEX
Diversi xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ġew konklużi dan l-aħħar f’żoni residenzjali f’Għawdex filwaqt li iktar xogħlijiet huma ppjanati li jinbdew matul ix-xhur li ġejjin f’lokalitajiet u toroq arterjali madwar il-gżira.
L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex żaret inħawi residenzjali f’Għajnsielem fejn toroq residenzjali li s’issa kienu għadhom mingħajr asfalt ġew mibnija mill-Ministeru għal Għawdex filwaqt li ġew installati wkoll is-servizzi meħtieġa mid-dipartimenti u l-korporazzjonijiet konċernati.
Triq Dun Franġisk Mizzi, Triq 26 ta’ Jannar 1855, Triq il-Firilla u Triq il-Barumbara f’Għajnsielem flimkien ma’ Triq Francesco Masini fir-Rabat tlestew f’dawn l-aħħar jiem filwaqt li bħalissa għaddej xogħol fi Triq il-Qaċċa fix-Xagħra, fi Triq il-Maxrabija fl-Għasri u fi Triq Santa Domenica fir-Rabat, b’din ta’ l-aħħar tikkonsisti fi twessiegħ tal-kanal ta’ l-ilma eżistenti għall-ilma tax-xita. Iktar xogħlijiet ta’ bini ta’ toroq mill-Ministeru għal Għawdex mistennija jinbdew fix-xhur li ġejjin f’żoni residenzjali oħra fix-Xagħra, fir-Rabat, fix-Xewkija, f’Ta’ Kerċem, f’Marsalforn, fin-Nadur kif ukoll fi Triq il-Qigħan f’Għajnsielem.
It-toroq arterjali huma wkoll fil-lista ta’ prijoritajiet tal-Ministeru għal Għawdex b’xogħlijiet jissoktaw fit-triq li tgħaqqad lir-Rabat ma’ San Lawrenz, b’tul ta’ madwar 3 km, li se tiġi kumplimentata mill-proġetti tat-triq tax-Xlendi, it-triq ta’ l-Imġarr u t-triq tar-Ramla.
Il-Gvern għamel żieda fl-allokazzjoni finanzjarja ta’ Lm500,000 lill-Ministeru għal Għawdex fil-Budget tas-sena li għaddiet sabiex il-proġetti tat-toroq arterjali u residenzjali ppjanati mill-Ministeru għal Għawdex ikunu jistgħu jitwettqu fil-perijodu prevvist.
Il-Ministru Debono qalet li din is-sena kurrenti ser tkun waħda mill-iktar snin interessanti għal Għawdex peress li numru sostanzjali ta’ proġetti nfrastrutturali, inkluż it-toroq, ser ikunu qed jitwettqu f’dawn ix-xhur issa li x-xogħol preparatorju qiegħed jiġi finalizzat.
Stqarrijiet Oħra:
PR261955en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...
PR261955