Left arrow Mur Lura

Titnieda l-iStudent Placement Programme ’06

pr0371
Date Icon 09/03/2006
Illum ġiet imnedijamill-ġdid l-inizjattiva li permezz tagħha jingħata xogħol temporanju fil-qasam tal-ICT għall-istudenti ta’ l-ICT fl-Università u l-MCAST. Dan il-proġett diġa kien pprovdut is-sena li għaddiet.
Il-MinistruAustin Gatt qal li “r-raġunijiet għas-suċċess li kellna f’din l-inizjattiva fejn kien hemm 70 student li rreġistra, huma diversi, fosthom għax b’dan il-proġett offrejna opportunità fejn l-istudenti setgħu jesperjenzaw personalment x’inhi d-dinja tax-xogħol fl-ICT.” Huwa tenna li r-rispons li kien hemm fuq dan il-programm kemm mill-istudenti kif ukoll mill-kumpaniji li ssieħbu fl-iskema u offrew il-postijiet tax-xogħol kien tassew pożittiv ferm.
Il-Ministru Gatt qal liħafna mill-istudenti kkummentaw kemm tgħallmu jkunu responsabbli u jikkomunikaw iktar f’tim ta’ xogħol, kemm iggwadanjaw kunfidenza fil-kapaċitajiet tagħhom u kif japplikaw l-għarfien li ħadu mill-iskola, kif ukoll kemm għamlu kuntatti ta’ xogħol li jista’  jiswielhom għal futur.
Essenzjalment, danil-programm serva sabiex iġib iktar viċin l-istudenti u l-industrija bħal qatt qabel. Il-Ministru Austin Gatt qal li “bħala Ministeru aħna ma naħsbux fl-istudenti bħala studenti, però f’għajnejna dawn huma l-ħaddiema ta’ għada u għalhekk naraw il-bżonn illi dawn ikunu mlaqqa’ ma’ l-industrija ta’ l-ICT minn issa. Fuq kollox, il-kapaċità tagħna li ngħinu dawn il-ħaddiema prospettivi fl-industrija ta’ l-ICT ser ikollha impatt dirett fuq il-viżjoni tagħna għall-industrija ta’ l-ICT.  It-tħabbir ta’ l-SmartCity@Malta, ftit jiem ilu juri kemm id-dikjarazzjonijiet tagħna m’humiex biss kliem, imma fatti. Huwa l-għan tagħna li l-industrija ta’ l-ICT lokali tkompli tikber u tissaħħaħ, sabiex pajjiżna jkun kalamita għall-investiment, li jfisser iktar opportunitajiet ta’ xogħol finalment. SmartCity@Malta ġiet għal diversi raġunijiet: importanti fosthom il-kredibilità tal-programm edukattiv tagħna li mix-xejn qed iħejji professjonisti kapaċi li l-aħjar fosthom qed isiefru u jaħdmu ma’ l-akbar multi-nazzjonali.”
Il-Ministru Austin Gattqal li mill-ġdid, qed issir stedina lis-settur privat sabiex “jissieħeb magħna f’dan il-programm u joffri postijiet tax-xogħol temporanji fl-ICT għall-istudenti.” Il-kumpaniji għandhom jirreġistraw l-interess tagħhom fuq il-website tal-Ministeru, kif ukoll dawk l-istudenti li jixtiequ li jieħdu esperjenza ta’ xogħol bejn Lulju u Settembru 2006. Il-kumpaniji u l-istudenti għandhom ċans li jirreġistraw l-interess tagħhom sat-30 ta’ Marzu, 2006.
L-istudentieliġibbli huma l-istudenti li qed jattendu kors ta’ l-IT fuq bażi regolari fl-MCAST jew fl-Università. Il-ħlas ikun:  kull student ser jitħallas l-ammont gross minimu ta’ Lm55.63 kull ġimgħa. Il-kriterji ta’ selezzjoni ta’ l-istudenti ser ikun skond it-tip ta’ xogħlijiet li ser jiġu offruti u l-kwalifikazzjonijiet u l-kapaċitajiet rikjesti mill-istess postijiet tax-xogħol. L-istudenti ser jintgħażlu skond x’kors qed jattendu, ir-riżultati ta’ l-eżamijiet, u esperjenza ta’ xogħol.
Numruta’ postijiet temporanji ta’ xogħol għall-istudenti ser ikunu offruti mill-Vertical Strategic Allies tal-Gvern (Microsoft, Oracle, HP) u minn entitajiet mis-settur pubbliku li għandhom dipartimenti ta’ l-IT, u mill-MITTS. Il-Ministru Austin Gatt inkoraġġixxa lis-settur privat ta’ l-IT biex jipparteċipa fil-programm, u jipprovdi numru ta’ postijiet tax-xogħol temporanju fl-IT għall-istudenti.
Mis-sena d-dieħla, in-numruta’ postijiet tax-xogħol temporanji għall-istudenti ser ikun offruti mill-industrija ta’ l-ICT bħala parti mis-sistema ta’ xiri tal-Gvern.
Il-kumpaniji privati liser joffru s-servizzi tagħhom lill-Gvern, ser ikunu obbligati li joffru post tax-xogħol wieħed għall kull ammont speċifikat ta’ flus f’servizzi li joffru lill-Gvern.

Il-Ministru Austin Gatt qal li ser jikteb lill-istudenti kollha eliġibbli biex jinfurmahom b’dan il-proġett. Ir-reġistrazzjoni ser issir on line, fuq www.miti.gov.mt sat-30 ta’ Marzu 2006.  

“Aħna ser nagħmlu ħilitna sabiex ikollna numru sostanzjali ta’ postijiet ta’ xogħol ħalli nakkomodaw l-iktar numru ta’ studenti possibbli”, temm jgħid l-Onor. Austin Gatt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow