Malta tenfasizza l-effetti negattivi ta’ GMOs speċjalment fi stati b’territorju limitat
pr0370
09/03/2006
| Jeżisti | l-bżonn li tingħata mportanza xierqa lill-effetti negattivi li jistgħu jirriżultaw wara l-użu fit-tul ta’ ċertu GMO’s u problemi ta’ koeżistenza u traċċabilita’, speċjalment fi Stati fejn it-territorju huwa limitat, bħal fil-każ ta’ Malta. |
| Malta | hija favur sistema mtejba u aktar trasparenti fil-proċess li jintuża bħalissa mill-Unjoni Ewropea għall-awtorizzazzjoni ta’ Organiżmi Ġenetikament Modifikati (GMO’s). |
| Din il-pożizzjoni ta’ | Malta kienet imtennija mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino f’intervent li għamel waqt is-sessjoni ta’ llum tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Ambjent ta’ l-Unjoni Ewropea li qed jiltaqa’ fi Brussels . |
| Il-Ministru Pullicino | qal li l-Unjoni Ewropea għandha tara li jinstab bilanċ aċċettabbli bejn il-proċess li jevalwa talbiet ta’ GMO’s u t-tħassib tal-pubbliku dwar ir-riskji għas-saħħa li dawn l-organiżmi jistgħu jikkawżaw. Pullicino tenna li hu fundamentali li s-sistema mħaddma tkun mirquma u b’hekk tkun taspira aktar fiduċja u kredibilita’ fid-deċiżjonijiet li jittieħdu. |
| L-Onor. Pullicino qal | li hemm bżonn ta’ qafas regolatorju li joħloq uniformita’ u konsistenza matul il-proċess kollu. Il-Ministru George Pullicino qal li dan huwa bżonnjuż għaliex bħalissa l-intrapriżi li jissottomettu applikazzjoni għal GMO huma liberi li jiddeċiedu huma liema studji jippreżentaw mat-talba tagħhom. |
| Hu sostna li għalkemm | l-Istati Membri bħalissa għandhom l-opportunita’ li jwasslu l-veduti tagħhom qabel u wara ma tittieħed l-opinjoni mill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurta’ ta’ l-Ikel (EFSA), jeħtieġ li jkunu kkunsidrati aktar l-opinjonijiet xjentifiċi ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri. |
| Il-Ministru | Pullicino sostna li l-awtorizzazzjoni li tingħata għandha tindirizza l-punti kollha li jitqajmu mill-Istati Membri. |
| Intant, | il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ddiskutiet numru ta’ temi oħrajn fosthom strateġija kontra t-tniġġiż ta’ l-arja, emissjonijiet minn vetturi u mmaniġġjar ta’ għargħar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261955en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...
PR261955