Left arrow Go Back

Malta tenfasizza l-effetti negattivi ta’ GMOs speċjalment fi stati b’territorju limitat

pr0370
Date Icon 09/03/2006
Jeżistil-bżonn li tingħata mportanza xierqa lill-effetti negattivi li jistgħu jirriżultaw wara l-użu fit-tul ta’ ċertu GMO’s u problemi ta’ koeżistenza u traċċabilita’, speċjalment fi Stati fejn it-territorju huwa limitat, bħal fil-każ ta’ Malta.
Maltahija favur sistema mtejba u aktar trasparenti fil-proċess li jintuża bħalissa mill-Unjoni Ewropea għall-awtorizzazzjoni ta’ Organiżmi Ġenetikament Modifikati (GMO’s).
Din il-pożizzjoni ta’Malta kienet imtennija mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor.   George Pullicino f’intervent li għamel waqt is-sessjoni ta’ llum tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Ambjent ta’ l-Unjoni Ewropea li qed jiltaqa’ fi Brussels .
Il-Ministru Pullicinoqal li l-Unjoni Ewropea għandha tara li jinstab bilanċ aċċettabbli bejn il-proċess li jevalwa talbiet ta’ GMO’s u t-tħassib tal-pubbliku dwar ir-riskji għas-saħħa li dawn l-organiżmi jistgħu jikkawżaw.  Pullicino tenna li hu fundamentali li s-sistema mħaddma tkun mirquma u b’hekk tkun taspira aktar fiduċja u kredibilita’ fid-deċiżjonijiet li jittieħdu.
L-Onor. Pullicino qalli hemm bżonn ta’ qafas regolatorju li joħloq uniformita’ u konsistenza matul il-proċess kollu.  Il-Ministru George Pullicino qal li dan huwa bżonnjuż għaliex bħalissa l-intrapriżi li jissottomettu applikazzjoni għal GMO huma liberi li jiddeċiedu huma liema studji jippreżentaw mat-talba tagħhom.
Hu sostna li għalkemml-Istati Membri bħalissa għandhom l-opportunita’ li jwasslu l-veduti tagħhom qabel u wara ma tittieħed l-opinjoni mill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurta’ ta’ l-Ikel (EFSA), jeħtieġ li jkunu kkunsidrati aktar l-opinjonijiet xjentifiċi ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.
Il-MinistruPullicino sostna li l-awtorizzazzjoni li tingħata għandha tindirizza l-punti kollha li jitqajmu mill-Istati Membri.
Intant,il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ddiskutiet numru ta’ temi oħrajn fosthom strateġija kontra t-tniġġiż ta’ l-arja, emissjonijiet minn vetturi u mmaniġġjar ta’ għargħar.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

More Press Releases Right arrow