Left arrow Mur Lura

Approvat il-permess għat-twaqqif ta’ hard standing facilities  f’Marsaxlokk

pr0368
Date Icon 09/03/2006

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jinnota b’sodisfazzjon l-approvazzjoni tal-permess mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għat-twaqqif ta’ hard standing facilities f’Marsaxlokk. 

Permezz ta’ din il-faċilita’ s-sajjieda se jkunu jistgħu jiġbdu d-dgħajjes fuq l-art biex fuqhom ikun jista’ jsir ix-xogħol meħtieġ b’mod ħafna aktar ordinat milli jsir sa’ llum.  Dan il-proġett ser jiswa €2 miljuni u se jsir b’fondi ta’ l-Unjoni Ewropea (75%) u minn fondi tal-Gvern Malti (25%). 

Ix-xogħol fuq dan l-iżvilupp mistenni jibda ġaladarba jkunu aġġudikat il-kuntratt u x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni huma mistennija jitlestew sa’ l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena.  Ix-xiri tal-hoists li jiffurmaw parti importanti minn dan il-proġett ukoll jinsab fi stadju avvanzat u mistenni jkun finalizzat matul dan ix-xahar.  Dawn il-hoists mistennija jkunu installati u jibdew joperaw sa’ tmiem din is-sena. 

Dan il-proġett huwa t-twettiq ta’ wegħda oħra lis-settur tas-sajd.   Ta’ min ifakkar f’inizjattivi oħrajn li minnhom ibbenefikaw is-sajjieda Maltin u Għawdxin fosthom il-ftuħ ta’ ċentru għall-ħasil ta’ kaxxi tal-ħut li jitmexxa mis-sajjieda nfushom.  Is-sajjieda Maltin u Għawdxin ibbenefikaw ukoll minn programm ta’ għajnuna ta’ qabel is-sħubija li għadu għaddej sa’ issa u permezz ta’ skemi ta’ ta’ għajnuna ta’ l-Unjoni Ewropea taħt l-Istrument ta’ Gwida għal Għajnuna Finanzjarja fis-Sajd. 

Dan kollu jikkonferma l-impenn tal-Gvern favur is-sostenbibbilta’ tas-sajjieda u tas-settur tas-sajd lokali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow