Left arrow Mur Lura

Kolazzjon għat-tfal ta’ l-iskola f’Għawdex

pr0367
Date Icon 09/03/2006

Minn dan ix-xahar se jiġi offrut kolazzjon kull ġimgħa b’ikel bnin għat-tfal kollha li jattendu l-iskejjel tal-Gvern f’Għawdex sabiex jiġi promoss aħjar stil ta’ ħajja b’ikel tajjeb fost il-ġenerazzjoni żgħira. Dan ġie mħabbar waqt l-attivita’ ntitolata “Healthy Breakfast” li ġiet organizzata mill-Kulleġġ t’Għawdex fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. 

It-tfal kollha li jattendu l-Year 4 fl-iskejjel kollha primarji tal-Gvern f’Għawdex attendew din l-attivita’, li ġiet organizzata b’kollaborazzjoni tal-Unit għall-Promozzjoni tas-Saħħa. Waqt l-attivita’, it-tfal preżenti ngħataw kolazzjon b’ikel bnin li ġie sponsorjat minn diversi entitajiet lokali. Ġew organizzati wkoll rappreżentazzjonijiet mill-iskola tad-Drama u mill-iskola tal-Mużika t’Għawdex, it-tnejn jiffurmaw parti mill-Kulleġġ t’Għawdex. 

Il-programm kien intiż li joħloq iktar għarfien dwar il-possibilita’ ta’ ikel bnin fost it-tfal ta’ l-eta’ ta’ l-iskola bil-għan li jingħata iktar tagħrif dwar problemi assoċjati mas-saħħa u l-istil ta’ ħajja. Saru wkoll preżentazzjonijiet dwar l-ikel bnin, fosthom ħobż, ħaxix, frott, xarbiet u snacks oħra. It-tfal preżenti kellhom l-opportunita’ li jitgħallmu dwar miżuri alternattivi li huma tajbin għas-saħħa u għall-ambjent, fosthom dwar it-tnaqqis fl-użu tal-plastik u l-ħtieġa li nisseparaw l-iskart. 

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, li ntroduċiet l-attivita’ qalet li l-istil ta’ ħajja li ħafna drabi ngħixu llum qed iġagħlna nadottaw mod ta’ għixien inqas tajjeb għas-saħħa bl-għażla tagħna ta’ ikel u snacks tkun ukoll waħda mhux daqstant favur saħħitna. Il-Ministru Debono qalet li attivitajiet bħall-“Healthy Breakfast” jġagħluna ndawru l-attenzjoni tagħna fuq għażliet oħra possibli fejn jidħol l-ikel, li jistgħu jkunu mhux biss favur saħħitna imma saħansitra itjeb fit-togħma.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow