LIBRERIJA ĠDIDA F’TAS-SLIEMA
“Bil-ħidma tal-Kunsill Lokali Sliema u tad-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni, infetħet librerija pubblika mill-ġdid f'post iktar addattat. Is-servizz ta’ libreriji pubbliċi fil-lokalitajiet huma ta’ mportanza għall-komunità għaliex jgħinu mhux biss biex jonqos l-illitteriżmu imma wkoll biex wieħed iżomm ruħu aġġornat mad-dinja tal-lum permezz tal-qari.” Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol Louis Galea fl-inawgurazzjoni tal-librerija l-ġdida f’Tas-Sliema li ser tissemma’ għal Margaret Mortimer, Slimiża u ex-Direttur ta' l-Edukazzjoni.
F'din il-librerija sar xogħol strutturali biex sar post fejn issir riċerka. Il-Kunsill Lokali ipprovdew għamara u xkaffef ġodda, kompjuters għar-riċerka u dak kollu li kien hemm bżonn biex il-librerija tkun waħda moderna u attraenti. Din il-librerija fil-futur qarib mistennija li ssir waħda reġjonali. Bħalissa tiftaħ darbtejn fil-ġimgħa, il-Ħamis u s-Sibt bejn it-tmienja ta’ fil-għodu u nofs in-nhar.
Fil-librerija ta’ tas-Sliema jattendu madwar mitejn ruħ fix-xahar li jisselfu madwar 600 ktieb bejniethom. Fis-sajf, minħabba l-influss tat-turisti fil-lokal, in-numru ta' nies li jieħdu dan is-servizz jiżdied b’numru sostanzjali. Fil-librerija l-ġdida wieħed isib madwar 7,000 ktieb fuq Melitensia, Adult fiction u sezzjoni kbira ta' kotba għat-tfal.
Il-Kunsill Lokali Sliema jħeġġeġ lir-residenti Slimiżi li jkomplu jagħmlu użu minn dan is-servizz. F'din il-librerija se jkun hemm ukoll servizz b'xejn ta' użu ta’ l-internet, kif ukoll apparat għal fotokopji.
Stqarrijiet Oħra:
PR261955en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...
PR261955