Left arrow Go Back

PROĠETT FL-ISKOLA BORG BRARED DWAR L-UE

pr0364
Date Icon 09/03/2006

Is-sena li għaddiet (2004-2005) fl-iskola “Vincenzo Borg Brared” beda proġett li jdum tliet snin bl-isem ta’ “Niċċelebraw lil Malta flimkien mal-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea”. L-iskop ta’ dan il-proġett hu li l-istudenti u l-għalliema jaħdmu flimkien biex itellgħu wirja dwar il-25 pajjiż ta’ l-UE inkluż Malta. Fil-fatt fl-ewwel sena saret wirja dwar Malta, Franza, il-Portugall u l-Greċja; u din is-sena minbarra Malta, saru wirjiet dwar 10 pajjiżi oħra. Is-sena d-dieħla se ssir l-aħħar wirja li tinkludi l-aħħar 11-il pajjiż biex b’hekk fuq tliet snin, tkun saret riċerka dwar il-pajjiżi kollha ta’ l-UE.

“L-Istudenti u l-għalliema ħadu ħafna gost jaħdmu flimkien fuq dan il-proġett li permezz tiegħu l-istudenti ikunu qed jirriċirkaw u jitgħallmu dwar il-pajjiżi u l-ġnus ta’ l-UE. Minbarra li jitgħallmu, l-istudenti jingħataw iċ-ċans ikunu kreattivi u innovattivi u hu ta’ sodisfazzjon tara lill-istudenti tant qed jieħdu interess li saħansitra imorru jkomplu x-xogħol tagħhom id-dar biex iġibu x-xogħol magħhom l-għada filgħodu”. Dan intqal mill-ko-ordinatriċi tal-proġett Geraldine Vella, waħda mill-għalliema fl-iskola Vincenzo Borg Brared.

Waqt li kien qed iżur il-wirja, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Zgħazagħ u Mpjiegi, is-Sur Frans Borg kellu l-opportunità jara x-xogħol ta’ l-istudenti u jitkellem magħhom dwar dak li tgħallmu. Is-Sur Borg qal li f’dawn il-jumejn kellu numru ta’ okkażjonijiet fl-iskejjel fejn seta jara l-impenn ta’ l-għalliema u l-istudenti biex l-iskola u t-tagħlim isir b’akter entużjażmu u allura b’aktar effettività. Hu qal li kulħadd jiftakar xi proġett li jkun għamel l-iskola u żgur li ħafna minn dak li jkunu tgħallmu f’dawn il-proġetti jibqgħu jiftakruħ.

Il-Kap ta’ l-Iskola is-Sinj. Helen Borg qalet li l-istudenti jieħdu gost filwaqt li jitgħallmu jfittxu informazzjoni minn riżorsi varji bħal internet, kotba u oħrajn. Hi qalet li permezz ta’ dan il-proġett l-istudenti qed isaħħu l-kreattivita` tagħhom kif ukoll ikabbru fihom il-fiduċja lejhom infushom billi jesibixxu x-xogħlijiet tagħhom. Il-ġenituri min-naħa l-oħra se jkunu sodisfatti b’uliedhom u jsiru konxji kemm it-tfal tagħhom huma kapaċi mhux biss permezz tas-suċċess tagħhom fl-eżamijiet.

Is-Sur Frans Borg faħħar lill-kap ta’ l-Iskola, is-Sinj. Helen Borg għall-impenn tagħha u ta’ l-istaff tagħha biex dan il-proġett ikun suċċess. Hu żar id-diversi stands b’diversi temi: “Il-Pajjiżi Membri fl-Unjoni Ewropea”, “L-Istorja ta’ Malta”, “Ġografija”, “Ikel u Xorb Malti”, “Personaġġi Magħrufa”, “Folklor”, “Pitturi” u oħrajn.

Din is-sena (2005-2006) minbarra Malta, saru stands fuq: l-Awstrija, l-Estonja, l-Ungerija, il-Lussemburgu, is-Slovenja, il-Belgju, il-Fillandja, il-Ġermanja, l-Ingilterra, il-Polonja u Ċipru. Fis-sena 2006-2007 se jsiru stands dwar: l-Italja, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, Svezja, l-Irlanda, il-Latvja, l-Olanda, id-Danimarka, il-Litwanja u Slovakja.

Din l-wirja tkun miftuħa għall-pubbliku bejn id-9 u l-10 ta’ Marzu 2006, fis-sala ta’ l-iskola. Il-Ħinijiet tal-ftuħ huma bejn id-09:00 u 14:00 u bejn l-17:00 u s-19:00.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

More Press Releases Right arrow