Għawdex jilqa’ l-laqgħa li jmiss tas-CPMR
Il-gżira ta’ Għawdex ser tospita l-laqgħa li jmiss ta’ l-Uffiċċju Politiku tal-Konferenza għar-Reġjuni Periferiċi u Marittimi ta’ l-Ewropa (CPMR) li se ssir fl-ewwel ġimgħa ta’ Mejju.
L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, bħala Viċi-President tas-CPMR offriet li l-laqgħa li jmiss tinżamm fil-gżira t’Għawdex. Il-laqgħa hi mistennija li tlaqqa’ flimkien madwar 60 parteċipant li jirrappreżentaw reġjuni periferiċi u martittimi differenti minn madwar l-Ewropa biex jiddiskutu suġġetti mportanti għar-reġjuni differenti.
Il-Konferenza għar-Reġjuni Periferiċi u Marittimi ta’ l-Ewropa twaqqfet fl-1973 b’madwar 30 reġjun. Illum, iktar minn 150 reġjun li ġejjin minn 27 pajjiż Ewropew jiffurmaw is-CPMR.
Ir-reġjuni fi ħdan is-CPMR ilhom madwar tletin sena jaħdmu sabiex jiġu żviluppati aħjar iż-żoni periferiċi madwar l-Ewropa. Fil-ħidma tagħha ma’ istituzzjonijiet Governattivi u ta’ l-Unjoni Ewropea, is-CPMR taħdem favur il-kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet u l-interessi tat-territorji tagħha b’mod partikolari fejn tidħol politika b’impatt territorjali kbir, bħal fil-każ tal-politika reġjonali ta’ l-Unjoni Ewropea, l-iżvilupp sostenibbli, it-trasport, l-agrikoltura, is-sajd u r-riċerka.
Is-CPMR tinkludi sitt kummissjonijiet ġeografiċi fosthom il-Kummissjoni tal-Gżejjer u l-Kummissjoni Inter-Mediterranja, li tagħhom it-tnejn Għawdex huwa membru attiv.
Stqarrijiet Oħra:
PR261955en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...
PR261955