Left arrow Go Back

JUM IL-MARA

pr0355
Date Icon 08/03/2006

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara, l-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ iltaqgħet mal-ħaddiema nisa tar-residenza San Vincenz De Paul, li jokkupaw kariga ta’ tmexxija, f’din ir-residenza. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll Dr. Joanna Drake, kap tal-Kummissjoni Rappreżentativa Ewropeja f’Malta.

L-Onor. Helen D’Amato, qalet li Jum il-Mara jfakkar kisbiet li għamlet il-mara wara ġlidiet kbar ghad-drittijiet tagħha, drittijiet li llum, fis-sena 2006, ma timmaġinax li kellhom xi darba jkunu miċħuda lilha. Hija qalet ukoll li huwa importanti li l-mara tibqa' ssemma leħenha u tipparteċipa b'mod attiv fit-tfassil ta' kull politika, u fit-teħid tad-deċiżjonijiet f’kull livell. Għalhekk hi ħegget lin-nisa preżenti biex “inkunu kuraġġużi u ambizzjuzi u ma niddejqux nimmiraw fil-għoli, għax is-soċjeta’ għandha bżonn ta’ nisa f’pożizzjonjiet ta’ tmexxija”.

“Iċ-ċavetta għas-suċċess hija żgur il-kisbiet li seħħew matul dawn l-aħħar snin fil-qasam edukattiv u tat-taħriġ.” Hija rreferiet għal inizjattivi li ttieħdu matul dawn l-aħħar snin biex aktar nisa jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod speċjali fid-dinja tax-xogħol.

L-Onor. D’Amato ħabbret li għaddejjin il-preparamenti biex jinfetaħ Child Care Centre ġewwa r-residenza ta’ San Vincenz De Paul, għat-tfal ta’ l-impjegati ta’ din ir-residenza. Filwaqt li dan ic-centru se jilqgħa fih tfal kemm ta impjegati rġiel kif ukoll nisa, iżda żgur għandu jagħmilha aktar facli għall-ommijiet li jirritornaw fuq il-post tax-xogħol—sew f’din ir-residenza kif ukoll fuq postijiet tax-xogħol oħra, u dan sabiex ukoll jintlahqu l-miri ta’ l-istrategija ta’ Lisbona fejn aktar nisa huma mhegga li jirritornaw fl-oqsma tax-xoghol.

L-Onor. D’Amato qalet li c-Child Care Centre qed isir b’kollaborazzjoni bejn il-Gvern Centrali u l-Unjoni Ewropea. Il-fondi għal dan il-proġett ġejjin mill-European Social Fund li qed jithaddem mill-ETC. Dan il-fond li kien twaqqaf li-1957 għen sabiex pajjizi membri jghelbu l-problema tal-qagħad, jipprevjeni n-nies milli jitilqgħu mid-dinja tax-xogħol, u jippromwovu t-taħrig sabiex l-workforce ta’ l-Ewropa tkun aktar b’saħħitha u lesta biex taffaċja sfidi ġodda. Is-Sinjura D’Amato ziedet tghid li “Il-ftuh ta' dan ic-centru huwa holqa ohra fost bosta inizjattivi fil-politika tal-gvern biex aktar nisa u rgiel jkunu jistghu jibbilancjaw ir-responsabiltajiet taghhom fil-familja u l-post tax-xoghol.”

L-Onor. D’Amato irringrazzjat lil dawk in-nisa u rġiel li matul is-snin emmnu fil-potenzjal tal-mara Maltija. Hija awgurat li l-pożizzjoni tal-mara fis-soċjeta’ Maltija tkompli tissaħħaħ permezz ta’ inizjattivi varji u polítika ta’ ‘gender mainstreaming’ li permezz tagħhom kull persuna tkun tista tiżviluppa l-potenzjal tagħha kollu għal ġid kemm tagħha nnifisha, tal-familja tagħha u ta’ pajjiżna.

Hija ħadet ukoll l-okkażjoni biex tifraħ lil Dr Joanna Drake għal ħatra tagħha bħala l-ewwel kap tal-kummissjoni Rapprezentattiva Europea f’Malta. Dan għandu jawgura tajjeb u l-ħatra ta’ Dr Drake ghandha sserví ta’ mudell biex aktar nisa Maltin jassumu rwol ta’ tmexxija f’pajjizna.

“Jekk verament irridu nilħqu l-għanijiet tagħna, kif tgħid l-aġenda tal-Lisbon Growth and Jobs, speċjalment f'dawk l-oqsma relatati mal-parteċipazzjoni tan-nisa, aħna rridu naħdmu b'ħilitna kollha. Permezz ta' dan il-proġett, l-UE qiegħda tgħin lill-Maltin jilħqu dawn l-oġġettivi,” sostniet Dr Drake.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

More Press Releases Right arrow