Left arrow Go Back

IL-KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI JIKKONFERMA LI JRID JIEĦU L-PAJJIŻ LURA GĦAŻ-ŻMINIJIET TA’ META L-GVERN KIEN JIDDEĊIEDU KOLLOX HU

pr0354
Date Icon 08/03/2006

Bl-istqarrija li għamel dwar l-iżvilupp ta’ dar fi Triq Għar il-Lembi, f’Tas-Sliema, l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni l-Onor. Alfred Sant ikkonferma li jrid jieħu l-pajjiż lura għaż-żminijiet ta’ meta l-Gvern kien jiddeċiedi hu fuq kull żvilupp li jsir fil-pajjiż.

Infatti, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni kien ikkwotat li qal li Gvern immexxi minnu, jindaħal fil-kwistjoni ta’ żvilupp ta’ dar f’Tas-Sliema u jara li din ma sseħħx. Minkejja li kulħadd jaqbel li dak kien żmien negattiv u li l-effetti ħżiena tiegħu għadhom jinħassu sa’ llum, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni jidher li jrid ireġġa l-arloġġ lura.

Ta’ min ifakkar li din m’hijiex l-ewwel dikjarazzjoni f’dan is-sens mill-Oppożizzjoni. Id-dokument tal-Partit Laburista dwar l-ambjent li tnieda dan l-aħħar jgħid ċar u tond li “l-Gvern ċentrali għandu jkollu setgħa usa sabiex ikun jista’ jevalwa b’reqqa akbar kull deċiżjoni li jkunu ttieħdu mill-Awtorita’ (ta’ l-Ippjanar)”.

Il-politika tal-Gvern hi li waqqaf strutturi kompetenti u li għandhom ir-riżorsi u r-responsabbilta’ biex jieħdu dawn it-tip ta’ deċiżjonijiet. F’dawn l-istrutturi, inkluż fil-MEPA, hemm spazju għall-oġġezzjonijiet taċ-ċittadin, imma l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni jippreferi l-impożizzjoni tal-Gvern b'deċiżjonijiet arbitrarji.

Ta’ min jgħid li mhux neċessarjament li l-Gvern jaqbel ma’ kull deċiżjoni li tittieħed minn dawn l-entitajiet, pero’ dan xorta ma jiġġustifikax l-indħil tal-Gvern jew ta’ xi Ministru fit-teħid ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

Dan jikkontrasta bil-kbir mal-politika ta’ indħil li qed jipproponi l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni. Jidher li fil-fehma tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, l-aktar importanti hu li Gvern għandu jżomm il-poter kollu f'idejh.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

More Press Releases Right arrow