SERATA BIEX JITFAKKAR CHARLES ARRIGO
Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol flimkien mal-Public Broadcasting Services Corporation nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Marzu se jfakkru li x-xandâr veteran Charles Arrigo permezz ta’ serata li se ssir fis-Sala Robert Samut il-Furjana.
Charles Arrigo miet fit-13 ta’ Frar li għadda.
F’din is-serata, li għaliha hu mistieden kulħadd, speċjalment ix-xandâra, l-ġurnalisti u dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tal-media, se jsiru interventi minn diversi personalitajiet li ħadmu ma’ Charles Arrigo tul il-karriera tiegħu fix-xandir u fuq il-palk kif ukoll minn oħtu Evelyn.
Il-programm se jkun imżewwaq minn interventi mużikali b’siltiet li kienu ghal qalb Charles Arrigo. Se jintwerew ukoll features dwar il-karriera ta’ Charles li saru bil-kollaborazzjoni ta’ TVM u Education 22.
Is-serata, li se tibda fis-7.00 p.m., tiġi fi tmiemha b’diskors tal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Dr Louis Galea.
Stqarrijiet Oħra:
PR261955en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...
PR261955