Left arrow Go Back

WIFI B’xejn Fl-Uffiċċji Amministrattivi Tal-Kunsilli Lokali u Fil-Libreriji Pubbliċi

pr0349
Date Icon 07/03/2006
“Soċjetà u ekonomija ta’ l-informazzjoni m’hix slogan. Hi mod ġdidta’ ħajja; hi l-preżent u l-futur ta’ Malta .” Dan qalu l-Ministru responsabbli mill-Industrija, Investiment u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni, Austin Gatt, meta kien qed iniedi s-servizz ta’ Internet mingħajr fili (WIFI) b’xejn fl-uffiċċji amministrattivi tal-Kunsilli Lokali, u fil-Libreriji Pubbliċi.
Il-Ministru Austin Gatt spjega li llum it-teknoloġija li teżisti qedtintegra l-konnessjoni ma’ l-Internet mal-vantaġġi tal-mobilità. Huwa għal dan il-għan li rridu nippromwovu f’Malta l-użu tal-WIFI biex dan isir parti mill-ħajja ta’ kuljum.
Il-Ministru Austin Gatt spjega li l-possibilità tal-internet b’xejnfil-pjazez u l-libreriji pubblici ta’ Malta u Għawdex kollu se jagħmilha possibli għal aktar nies jitħajjru jipprovaw din it-teknoloġija.
Il-Ministru Austin Gattspjega li din l-inizjattiva tilħaq żewġ miri dik li jkun hemm Internet bla fili fiż-żoni pubbliċi ewlenin ta' Malta kollha: il-pjazez tal-ibliet u l-irħula u il-libreriji pubbliċi. Dawn kienu żewġ miri oħra mill-kullana ta’ miri li fassalna fl-istrateġija nazzjonali għal-soċjetà u ekonomija ta’ l-informazzjoni.
Il-Ministru Gatt saħaqli soċjetà u ekonomija ta’ l-informazzjoni m’hix slogan. Hi mod ġdid ta’ ħajja; hi l-preżent u l-futur ta’ Malta .
Dan ix-xogħol iridjinftiehem fil-kuntest ta’ l-akbar żvilupp li rat Malta fil-maturazzjoni tagħha bħala ċentru ta’ eċċellenza għat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni: il-proġett Smart City @ Malta li tħabbar fil-jiem li għaddew.
Fi tmien snin, il-proġettmistenni joħloq 5,600 impjieg: 65% minn dawn se jkunu impjiegi ġodda fl-industrija Maltija bbażata fuq l-għerf. L-impjiegi l-oħra se jkunu fl-amministrazzjoni, l-ospitalità, il-bejgħ bl-imnut, il-manteniment, is-sikurezza u l-loġistika. Dan ifisser li dan il-proġett se jkun l-akbar sors t’impjiegi ġodda taħt saqaf wieħed fl-istorja ta’ Malta .
SmartCity @ Malta tikkonkretizza dak li konna qed ngħidu meta spjegajna li realistikament l-ekonomija Maltija trid titlaq mit-tradizzjoni tal-manifattura għal impjiegi li fil-ħlas tagħhom jissodisfaw l-aspettativi ta’ dħul tal-Maltin. L-ambizzjonijiet tagħna għall-kompettitività mhux li l-Malta jaqilgħu anqas mit-Tuneżini jew iċ-Ċiniżi biex il-fabbrika tat-tessuti li hawn Malta ma tmurilnix iċ-Ċina. L-ambizzjonijiet tagħna għall-kompetittività hi li nkunu kapaċi nattiraw impjiegi li jħallsu aktar. Qed nirrealizzaw dik l-ambizzjoni.
Il-Ministru Austin Gatt qal li l-istrateġija tagħnakien fiha 13-il kapitlu kollox bejn dak li qed ninawguraw illum u Smart City @ Malta   ... u kollox marbut f’katina waħda.
Il-programm li ndaħħlu t-teknoloġijafil-livelli kollha tas-soċjetà Maltija hu ħolqa fil-katina li fiha l-ħolqa li noħolqu f’10 snin 3,600 impjieg għall-Maltin fis-settur teknoloġiku.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

More Press Releases Right arrow