Left arrow Mur Lura

Tisbiħ tal-Ġonna Santa Margerita f’Bormla

pr0345
Date Icon 07/03/2006

Waħda miz-zoni turistiċi li ġew identifikati mill-Gvern biex jingħataw priorita’ fit-tisbiħ hi l-arja tal-Port il-Kbir li tinkludi l-Kottonera u li ġiet assenjata ‘tourism zone officer’.

Din iz-zona qed tingħata attenzjoni speċjali mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura li b’kollaborazzjoni ma’ l-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta qed jieħdu inizjattivi għal investiment fl-inħawi.  

Flimkien ma’ Heritage Malta dan l-aħħar

·     ġiet irrestawrata l-faċċata tal-Palazz ta’ l-Inkwiżitur fil-Birgu,

·     giet stallata sistema ġdida ta’ dwal fil-Collacchio fil-Birgu;

·     ġew ippubblikati brochure guides;

·     qed nipparteċipaw fid-‘DELTA project’ f’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni ta’ l-Istudji Internazzjonali fejn  l-MTA qed timplimenta l-ewwel fażijiet ta’ strateġija interpretattiva komprensiva tal-Kottonera;

·     flimkien mal-Fondazzjoni Wirt Artna ġie riabilitat il-Mużew ‘Malta at War’;

·     qed ikun organizzat ‘tour’ interattiv tat-tliet ibliet b’personaġġi ewlenin fl-industrja tat-turiżmu biex jippromwovu l-inħawi;

·     qed nipparteċipaw fil-formazzjoni ta’ park flimkien mar-Rotary Club;

·     u dan l-aħħar beda jitwettaq xogħol ta’ riabilirazzjoni, restawr u tindif fil-Forti Sant’Anġlu. 

F’dawn il-jiem l-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta ħarġet sejħa għal offerti għal xogħlijiet għat-tisbiħ tal-Ġonna Santa Margerita f’Bormla. L-offerti huma għal sistema ta’ elettriku, light fittings, landscaping u għamara tal-ġonna. Il-Ġonna Santa Margerita jeħtieġu upgrading  sew fit-tagħmir tal-playing field kif ukoll fil-ġnien innifsu.  

Il-proġett mhux se jbiddel il-forma u l-funzjoni tal-ġnien iżda se jkun hemm aktar sigurta’ fil-playing field billi se jinbidel it-tagħmir tal-logħob b’units moderni u bl-istalazzjoni ta’ safety flooring fl-inħawi fejn isir il-logħob. L-areas komuni se jiġu pavimentati mill-ġdid u riorganizzati biex jappoġġjaw attivitajiet kulturali u soċjali u jkunu aċċessibbli minn kulħadd. Se jsir aktar landscaping, se tkun installata sistema ġdida ta’ dawl u ta’ bankijiet.  Waħda mill-miri tal-proġett hi li l-bankina madwar il-ġnien tiġi pavimentata mill-ġdid u li faċċata tal-bus terminus jsir taraġ li jwassal għall-ġnien. 

Fil-Ġnien se jitqiegħed ukoll bust ta’ Dr. Carmelo Mifsud Bonnici, magħruf affetwożament bħala ‘Il-Gross’, li kien professur prominenti fil-liġi kriminali u politiku, miżżewweġ lil Mary Ross; u missier Giuseppe, President emeritus tal-Qorti u Ugo, il-ħames President ta’ Malta. 

Il-proġett mistenni jiswa madwar Lm50,000. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow