STQARRIJA MINISTERJALI MILL-MINISTRU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN L-ONOR. MICHAEL FRENDO
pr0340
06/03/2006
| Ftehim bejn Malta u t-Tuneżija | dwar Tiftix u Tħaffir għaż-Zejt |
| Għandi pjaċir | ninforma lil din il-Kamra tad-Deputati li nhar it-Tnejn 27 ta’ Frar 2006, f’ Tuneż , Malta u t-Tuneżija ffirmaw ftehim biex, bi sħab, jagħmlu tiftix u tħaffir għaż-żejt f’żoni ta’ l-ixkaffa kontinentali bejn iż-żewġ pajjiżi. |
| Il-ftehim jipprovdi li | għandu jitwaqqaf Grupp Konġunt ta’ Esperti biex jiddetermina dawn iż-żoni filwaqt li jieħdu konjizzjoni xierqa tad-drittijiet ta’ Stati terzi u jżomm konformi mar-regoli pertinenti tad-dritt internazzjonali. |
| Qbilna li dan il-Grupp | Konġunt ta’ Esperti jitwaqqaf fi żmien ħmistax-il ġurnata mid-data ta’ l-iffirmar tal-Ftehim u li, fi żmien tlett xhur mit-twaqqif tiegħu, dan il-Grupp jissottometti r-riżultati tal-ħidma tiegħu lill-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ Malta u tat-Tuneżija. |
| F’dan il-perjodu ta’ | tlett xhur u ħmistax-il ġurnata qbilna li m’għandha ssir l-ebda attivita’ jew inizjattivi ta’ tiftix jew tħaffir għaż-żejt mill-ebda naħa fiż-żoni in kwistjoni. |
| Dan il-ftehim ġie | ffirmat minni u minn Abdelwaheb Abdallah, Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Tuneżina fis-27 ta’ Frar 2006. |
| Huwa ftehim ta’ | importanza storika fir-relazzjonijiet bejn Malta u t-Tunezija li jikkostitwixxi żbokk minn sitwazzjoni li baqgħet imwaħħla għal perijodu ta’ ħamsa u tletin (35) sena. |
| F’dan ir-rigward inħoss | li għandi nsemmi l-importanza tal-viżita’ f’Malta s-sena li għaddiet tal-President tat-Tuneżija Zine El Abidine Ben Ali u l-laqgħat tiegħu mal-President ta’ Malta Edward Fenech Adami u l-Prim Ministru Lawrence Gonzi. B’riżultat ta’ dawn il-laqgħat kien hemm intensifikazzjoni tar-relazzjonijiet bejn Malta u t-Tunezija. Irrid ukoll, minn naħa tiegħi, nirringrazzja lill-President Ben Ali għal-laqgħa twila li għoġbu jagħtini nhar il-Gimgha 24 ta’ Frar 2006 u għall-ħbiberija u l-impenn tiegħu personali f’din il-materja. |
| Sa qabel dan il-ftehim | konna qed nimxu bil-mudell fejn iż-żewg partijiet jasserixxu l-pretensjonijiet rispettivi tagħhom għar-rigward tal-blata kontinentali bejn Malta u t-Tuneżija. B’dan il-ftehim għażilna mudell differenti, jiġifieri, li nagħmlu esplorazzjoni u esplojtazzjoni konġunta f’żoni miftehma bejnietna. Naturalment, dan mingħajr preġudizzju għall-pretensjonijiet rispettivi tagħna. Dan il-ftehim huwa frott ta’ ħidma diplomatika u politika intensiva, liema ħidma għada għaddejja sal-lum issa li dħalna fl-istadju ta’ l-implimentazzjoni tiegħu. |
| Huwa ftehim politiku li | jixhed għażla ta’ sħubija strateġika bejn dawn iż-żewġ pajjiżi ġirien tal-Mediterran ċentrali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261955en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...
PR261955