Left arrow Go Back

“INKOMPLU NAGĦTU L-APPOĠĠ TAGĦNA LIL NEGOZJI ŻGĦAR BIEX JIEĦDU VANTAĠĠ MINN OPPORTUNITAJIET F’RIĊERKA U TEKNOLOĠIJA TA’ L-INFORMATIKA” – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO

pr0338
Date Icon 06/03/2006
“Għaldarb’ohra qegħdin nagħmlu sejħa pubblika lil dawk in-negozjanti li jixtiequ jipparteċipaw fil-programm ta’ l-Information Society Technologies (IST) li huwa miftuħ taħt is-6thFramework Programme.  Aħna qegħdin naħdmu flimkien mal-Fondazzjoni Temi Zammit, ma’ Projects in Motion u ma’ Santucci and Brown biex nagħtu aktar informazzjoni dwar dan il-programm lil dawk il-persuni li jixtiequ jipparteċipaw fil-programm.” Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kien qed jitkellem fil-ftuħ ta’ workshop organizzat apposta biex tingħata informazzjoni dwar partiċipazzjoni fil-programm ta’ l-Unjoni Ewropea.  Il-workshop ser jiffoka, fost l-oħrajn, fuq e-Health, e-Inclusion, e-Work u e-Business.
Serjipparteċipaw fil-workshops rappreżentanti mill-assoċjazzjoni għar-riċerka Taljana l-APRE, (Agenzia per la Promozione della Ricerca Europea) li toffri servizzi ta’ informazzjoni, taħriġ u għajnuna dwar programmi ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku ta’ l-Unjoni Ewropea.  Preżenti wkoll għal dawn il-workshops huma rappreżentanti ta’ l-EPIST (Enhanced Participation in IST Projects related to eHealth and eInclusion) li huwa proġett li toffri appoġġ u servizzi ta’ assistenza lil dawk kollha li jixtiequ jiżviluppaw is-setturi ta’ eHealth u eInclusion.  Din l-entita` ser tkun qiegħda toffri s-servizzi tagħha lil dawk li jixtiequ assistenza dwar mili ta’ applikazzjonijiet u biex tagħti informazzjonijiet oħra.  Rappreżentanti mill-proġett IST Bonus ukoll ser ikunu preżenti biex jagħtu informazzjoni u appoġġ dwar eBusiness u eWork, żewġ suġġetti oħra li ser jiġu ttrattati waqt il-workshops.
Is-SegretarjuParlamentari spjega li “l-workshops ġew organizzati biex negozjanti Maltin ikollhom dejjem aktar aċċess għal proġetti organizzati mill-Unjoni Ewropea u bil-parteċipazzjoni tagħhom f’dawn it-tip ta’ proġetti jkunu jistgħu jtejbu l-operat tan-negozju tagħhom.  Hemm bżonn li aktar negozji jipparteċipaw f’dawn il-proġetti, speċjalment f’dik li hija riċerka, biex b’hekk ikunu jistgħu jimxu ‘l quddiem u jkunu dejjem aktar kompetittivi.  Ir-riċerka u l-innovazzjoni għandha tkun parti minn kull negozju, iżda huwa ċar li dawk in-negozji li joperaw fis-settur ta’ l-informatika għandhom bżonn jagħtu attenzjoni partikolari lir-riċerka.  Bħala Segretarjat, b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Temi Zammit, mal-Projects in Motion u ma’ Santucci and Brown, qegħdin noffri s-servizzi tagħna u ta’ entitajiet oħra lil dawk in-negozji żgħar kollha li jixtiequ jipparteċipaw f’dan il-proġett, biex b’hekk il-proċess ikun iffaċilitat u anqas burokratiku.”

L-Onor. Vassallo kompla jgħid li “s-Segretarjat Parlamentari qiegħed jirrappreżenta lin-Negozji Żgħar u lis-self employed fi ħdan il-Fondazzjoni Temi Żammit, u issa huwa wkoll ir-rappreżentant uffiċjali tal-Gvern fuq l-Advisory Board tal-MCST (Malta Council for Science and Technology).  Is-6th Framework Programme huwa programm ta’ riċerka u innovazzjoni li bih negozji żgħar jistgħu jibbenefikaw minn ammonti sostanzjali ta’ flus mill-Unjoni Ewropea b’mod dirett.  Għalhekk, is-Segretarjat qiegħed jassigura li l-għarfien kollu meħtieġ jiġi mgħoddi lin-negozji.  Din l-attivita` tal-lum hija xhieda ta’ l-impenn tal-Gvern li jagħti kull għajnuna lin-negozji żgħar,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

More Press Releases Right arrow