PROĠETT: NIBNU PONT
L-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ indirizzat Konferenza stampa fejn tnieda l-proġett ‘Nibnu Pont’, progett li qed isir b’kollaborazzjoni mal-Malta Girl Guides. Preżenti għal din il-Konferenza stampa kien hemm ukoll is-Sur Michael Bezzina - Direttur tad-Dipartiment ta’ l-Anzjani u Kura fil-Komunita’, Dr. Ronald Florentino - Supretendent ta’ San Vincenz De Paul, Ms Lara Tonna - Chief Commissioner tal-Malta Girl Guides, Ms Rose Cassar - President tal-Malta Girl Guides, kif ukoll bosta girl guides mic-Centru tal-Girl Guides fis-Swieqi.
Dan il-progett jikkonsisti f’zewg fażijiet, l-ewwel fażi ser tikkonsisti minn żjarat minn membri tal-Girl Guides għall-San Vincenz u d-djar residenzjali għall-Anzjani, li ser isiru ta’ kull ġimgħa mill-bidu ta’ Marzu sa l-aħħar ta’ Ġunju. Filwaqt li t-tieni fażi ta’ dan il-proġett ser tkun Camping fil-grounds ta’ San Vincenz.
L-Onor D’Amato qalet li l-għan ta’ dan il-programm huwa li jqarreb lit-tfal u l-anzjani dejjem aktar lejn xulxin. Dan il-proġett għandu jagħmilha wkoll aktar possibli li tfal u anzjani joħolqu relazzjoni bejniethom u li jinħoloq djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet differenti kif ukoll fil-komunita’ li ngħixu fiha. Hija qalet li l-anzjani u t-tfal m’għadhomx iqattgħu daqshekk ħin flimkien, u għalhekk din ir-rabta bejn il-ġenerazzjonijiet qiegħda dejjem tonqos. “Ħafna drabi t-tfal ma’ jifhmux biżżejjed il-bżonnijiet u l-kapacitjiet ta’ l-anzjani, u minn naħa tagħhom l-anzjani ħafna drabi jinsew il-benefiċċji li jistgħu jircievu mingħand it-tfal. It-tfal għandhom dik l-enerġija u l-pożittivita’ li tista tkun ferm ta’ benefiċċju għal dawn l-anzjani” qalet l-Onor. D’Amato. Din hi r-raġuni għaliex ħassejna l-ħtieġa għal proġett bħal dan.
Other Press Releases:
PR261955en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...
PR261955