Il-proċess ta’ l-għazla ta’ l-operatur għall-immaniġjar tal-merkanzija fil-port tal-Belt Valletta
Il-Ministeru għall-Kompetittvita’ u l-Komunikazzjoni jixtieq jinforma li l-process ta’ l-għażla ta’ l-operatur għall-immaniġjar tal-merkanzija fil-port tal-Belt Valletta issa daħal fl-istadju fejn is-sitt kumpaniji li oriġinarjament kienu wrew interess, ġew imsejħa mill-Awtorita’ Marittima ta’ Malta sabiex, jekk għadhom interessati, jiġbru d-dokumenti tat-‘tender’ mill-Uffiċċji ta’ l-Awtorita’ Marittima ta’ Malta. B’kollox inġabru ħames dokumenti mill-kumpaniji li jidhru hawn taħt:
· Hili Company Limited - konsorzju mal-GWU (Holding) Ltd u l-Port Workers Investments plc.;
· Kuwait & Gulf Link Stevedoring Company Ltd - operatur tal-portijiet ibbazat fil-Kuwajt;
· La Valletta Terminal Co (Malta) Ltd rapprezentata minn Farrugia, Gatt & Falzon - konsorzju li tinkludi BLG Consult ta' Bremen il-Germanja, Salv Bezzina and Sons Ltd, Salvu Meli and Sons Ltd u s-Sur Joseph Paris;
· Malta Ports Terminals - konsorzju ta' burdnara, foremen, agenti tal-bastimenti, u kumpaniji tal-bastimenti, u bħala strategic operating partner lill-Portia Management Services Ltd., bazata fil-Port ta' Liverpool fir-Renju Unit;
· TF Shipping Agencies - konsorzju li tinkludi Tumas Group u Portek Ports ( Mauritius ) bazata f’Singapore.
| Is-sitt kumpanija, PD Ports plc, li oriġinarjament | kienet uriet interess, infurmat lill-Awtorita’ Marittima ta’ Malta li ma kinitx aktar f'pożizzjoni li tkompli fil-proċess ta' tendering. |
| Fil-ġimgħat li ġejjin dawn il-ħames | kumpaniji mistennija jitfgħu l-offerti tagħhom. Wara dan l-istadju ikun jista’ jinbeda l-proċess ta’ evalwazzjoni ta’ l-offerti sabiex jintagħżel l-operatur tal-port tal-Belt Valletta . |
Stqarrijiet Oħra:
PR261952
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...
PR261951