Left arrow Mur Lura

INAWGURAT IĊ-ĊENTRU MALTI GĦAL RIKONOXXIMENT TA’ KWALIFIKI U TA’ INFORMAZZJONI

pr0276
Date Icon 23/02/2006

Ġie inawgurat iċ-Ċentru Malti għal Rikonoxximent ta’ Kwalifiki u ta’ Informazzjoni (Malta Qualifications Recognition Information Centre – MQRIC). L-Inawgurazzjoni saret waqt konferenza bit-tema “Recognition and Evaluation Issues – Towards a National Strategy”. “Rikonoxximent u Evalwazzjoni ta’ Kwalifiki – Lejn Strateġija Nazzjonali”.

Iċ-Ċentru Malti għal Rikonoxximent ta’ Kwalifiki u ta’ Informazzjoni għandu l-iskop li jikkoordina l-aġenziji li jagħtu jew jevalwaw ċertifikati jew kredenzjali u l-awtoritajiet li jagħtu l-‘warrants’. L-MQRIC beda l-ħidma tiegħu fl-2002 li fost affarijiet oħra tinkludi l-evalwazzjoni tad-diplomi, għajnuna għall-istituzzjonijiet biex ikunu jistgħu iqabblu l-kwalifiki, ġbir u disseminazzjoni ta’ l-informazzjoni f’dan il-qasam, tixrid ta’ l-informazzjoni dwar il-kwalifiki Maltin biex dawn ikunu aktar rikonoxxuti, li tkun iffaċilitata l-mobilità u ħidma biex ikun hemm aktar trasparenza fil-kwalifiki.

F’din il-konferenza, li hija parzjalment iffinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea, qed jagħtu sehemhom esperti f’dan il-qasam li ġejjin kemm minn organiżżazzjonijiet internazzjonali kif ukoll minn dawk Maltin. Ġew mistiedna persuni b’interess fil-qasam tar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki, dawk fil-qasam ta’ l-edukazzjoni sekondarja, kif ukoll għaqdiet professjonali u Awtoritajiet msemmija.

Ms Margaret Ellul, Assistent Direttur fid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, li f’idejha kienet l-organizzazzjoni ta’ din il-konferenza, għamlet id-diskors ta’ merħba, filwaqt li l-Kap taċ-Ċentru Malti għar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki u ta’ Informazzjoni u l-Ko-ordinatur tal-“Ġeneral Systems Directive”, is-Sur Anthony De Giovanni, mexxa taħdita dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki f’Malta u ‘Workshop’ dwar il-professjonijiet li diġa’ huma regolati - “Regulated Professions”.

‘Workshops’ oħrajn ser jinkludu “Validation of Informal and Non Formal Learning” kif ukoll l-Edukazzjoni Transnazzjonali. Se jsir rapport dwar punti li jsiru f’din il-Konferenza li għandu jgħin biex tkun identifikata d-direzzjoni li għandna nieħdu għall-pajjiżna f’dan il-qasam importanti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow