Left arrow Mur Lura

Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla

pr0262
Date Icon 21/02/2006

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla, li twaqqfet fit-3 ta’ Frar 2006, qed tħejji sensiela ta’ laqgħat ta’ introduzzjoni mar-rappreżentanti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla li tinkludi istituzzjonijiet fl-oqsma post-sekondarji, vokazzjonali u terzjarji.

Il-Kummissjoni qed tiġi mitluba biex sas-7 ta’ April li ġej, tagħti parir lill-Gvern dwar l-aħjar sura u funzjonijiet li l-Kummissjoni u s-Segretarjat għall-Edukazzjoni Ogħla għandu jkollhom, u tikkunsidra:

a)    l-ħsibijiet tal-Gvern kif imfissra fid-dokument li ġie pubblikat f’Ottubru li għadda (http://www.education.gov.mt/nche.htm),

b)is-sottomissjonijiet li saru s’issa, u
c)kummenti oħra li jirriżultaw mill-konsultazzjoni li l-Kummissjoni tħoss li għandha bżonn tagħmel.

Għaldaqstant, is Sur Joseph F.X. Zahra, Chairman tal-Kummissjoni, qiegħed jitlob lil dawk il-persuni jew rappresentanti li jixtiequ jissottomettu l-ħsibijiet jew suġġerimenti rigward is-sura u funzjonijiet tal-Kummissjoni fil-futur, li jagħmlu dan permezz ta’ ittra jew e-mail fuq l-indirizz hawn imsemmi, sas-16 ta’ Marzu, 2006.

Indirizz: Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla

Old University Building,
            Triq San Pawl,
            Il-Belt, Valetta,
            Malta.

Email:               nche@gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow