Left arrow Mur Lura

Promozzjoni għal Malta fl-Italja

pr0258
Date Icon 21/02/2006

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech, għadu kif attenda l-fiera internazzjonali dwar it-turiżmu, il-BIT,  li ssir kull sena f’Milan.  Il-Ministru kien akkumpanjat miċ-Chairman Eżekuttiv ta’ l-Awtorita’ tat-Turiżmu, Romwald Lungaro Mifsud.   

Matul din il-fiera, il-Ministru kien ippreżentat bl-ewwel ħarġa ta’ pubblikazzjoni bl-isem  ITINERARI TRAVEL, li tiffoka kompletament fuq Malta u hi mmirata għal aktar turisti mill-Italja.  Barra min hekk, Dr. Zammit Dimech ta intervisti lil diversi ġurnalisti, inkluż  Dr Lanfranco Bonisolli, editur tar-rivista ‘Congress Today’, li tispeċjalizza fis-suq tal-kungressi u vjaġġar fuq negozji.  Il-qoxra ta’ l-aħħar ħarġa ta’ din ir-rivista prestiġġjuża hija dedikata għal intervista esklussiva li saret mal-Ministru Zammit Dimech. 

Saru wkoll intervisti oħra ma’ pubblikazzjonijiet speċjalizzati fil-qasam tat-turiżmu kif ukoll ma’ l-istazzjon televisiv Family TV,  li huwa segwit fl-Italja. Minbarra dan kollu, saru diversi laqgħat ma’ operaturi turistiċi fl-Italja, kif ukoll mar-rappreżentati fl-Italja għall-Awtorita’ tat-Turiżmu, Adam & Partner, fejn kienu stabbiliti miri ġodda fuq kemm iridu turisti mill-Italja għal din is-sena, u xi strateġija preċisa se naħdmu fuqha biex nilħqu dan l-għan. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow