Left arrow Mur Lura

Ikompli l-Implimentazzjoni tar-Rapport Spiteri dwar l-Edukazzjoni Inklussiva Speċjali

pr0257
Date Icon 20/02/2006

Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol ħabbar li llum nieda kors għall-Assistenti li qed jagħtu servizz ma’ studenti b’diżabiltà.  Dan huwa l-ewwel minn sensiela ta’ korsijet li se jiġu pprovduti.   

Dr Louis Galea fakkar li ftit xhur ilu, f’Lulju 2005, grupp ta’ ħidma mmexxi mis-Sur Lino Spiteri għamel diversi rakkommandazzjonijiet dwar is-settur ta’ l-edukazzjoni nklussiva u dik speċjali.  Bħala waħda mir-rakkommandazzjonijiet fir-Rapport Spiteri, issostni li hemm bżonn li dawk li qed jagħtu servizz ta’ ‘facilitator’ imma għad m’għandhomx il-kwalifika meħtieġa, għandhom jingħataw taħriġ bażiku biex ikollhom aktar preparazzjoni għax-xogħol li qed jagħmlu.   

Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni ħatar lis-Sur George Borġ bħala koordinatur ta’ l-iskejjel speċjali u ta’ l-implimentazzjoni tar-Rapport Spiteri.  Fost il-miżuri li diġa ttieħdu, s-sur Borġ organizza dan il-kors fejn applikaw  aktar minn 500 persuna li qed jagħtu servizz ta’ ‘facilitator’ fl-iskejjel.  Il-Ministru Galea faħħar l-interess ta’ dawn in-nies li se jattendu dan il-kors b’mod volontarju għal 10 ġimgħat.  “Dan juri l-impenn li għandhom dawn l-Assistenti lejn l-istudenti li dawn isegwu u lejn l-iżvilupp professjonali tagħhom” qal Dr Galea. 

Il-kors se jkollu taħriġ bażiku f’suġġetti li għandhom x’jaqsmu mal-psikoloġija tat-tfal, it-tfassil ta’ pjanijiet edukattivi individwali u filosofija ta’ l-inklużżjoni.  Il-kors se jkollu perjodu wkoll ta’ prattika fejn kull partiċipant se jiġi evalwat fuq il-ħiliet edukattivi li juru ma’ l-istudent f’ambjent ta’ skola. 

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni temm jgħid li t-taħriġ professjonali huwa kruċjali biex intejbu l-kwalità ta’ edukazzjoni f’pajjiżna u l-Ministeru huwa mpenjat li jkompli joffri dawn l-opportunitajiet ta’ taħriġ.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow