Left arrow Mur Lura

Uffiċini ġodda għall-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd

pr0253
Date Icon 19/02/2006

Ir-regolamenti dwar l-Għaqdiet tal-Produtturi tal-Ħut huma mħejjija u dawn għandhom ikunu ppublikati matul din is-sena.  Dawn ir-regolamenti japplikaw għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti ta’ sajd jew ta’ prodotti ta’ l-akwakultura permezz ta’ l-attivitajiet ta’ l-organizzazzjonijiet tal-prodotturi.  

Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino f’diskors li għamel waqt il-ftuħ ta’ l-uffiċċji l-ġodda tal-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd f’Marsaxlokk. 

Hemm proċedura biex għaqda tiġi magħrufa bħala organizzazzjoni tal-produtturi. Il-Koperattiva tagħkom, li hija eliġibbli li ssir organizzazzjoni tal-produtturi tas-sajd, tkun trid tħejji pjan ta’ operazzjoni li jrid jiġi approvat biex tkun tista’ tikwalifika bħala organizzazzjoni tal-produtturi.   

Il-Ministru Pullicino tenna li l-għaqdiet tal-produtturi għandhom l-għan li jsibu bilanċ bejn il-kwalita’ u l-kwantita’ tal-forniment mat-talba tas-suq.  Permezz ta’ dawn ir-regolamenti ta’ l-għaqdiet tal-produtturi, l-akwakultura wkoll tkun tista’ torganizza ruha f’organizzazzjoni tal-produtturi.  Il-Gvern jagħraf l-importanza ta’ dan is-settur u min dejjem saħaq li dan kellu jkun settur komplimentari għas-sajd tradizzjonali u jeżisti f’armonija miegħu.   

Hu esprima sodisfazzjon bl-iżviluppi li seħħew dan l-aħħar bit-twaqqif ta’ żona dedikata għall-akwakultura u l-iffirmar tal-kuntratt tat-tonn bejn iż-żewġ Koperattivi.  Hu fakkar fl-appoġġ tas-sajjieda għat-twaqqif taż-żona ta’ l-akwakultura u tenna l-impenn tal-Gvern li jara li din l-industrija jkollha futur ibbażat fuq is-sostenibbilta’. 

Il-Ministru Pullicino feraħ lill-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd għall-ftuħ ta’ l-uffiċċji l-ġodda u awgura li l-post iservi ta’ ċentru fejn is-sajjieda jiltaqgħu u jiddiskutu. 

Is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura u Sajd, l-Onor. Francis Agius tkellem dwar numru ta’ miżuri li seħħew fl-aħħar xhur u li jibbenefikaw mill-qrib lis-sajjieda, kif ukoll lill-konsumaturi.  Hu semma l-Ftuħ taċ-Ċentru għall-Ħasil tal-Kaxxi tal-Ħut, l-iffirmar tal-kuntratt għall-bejgħ tat-Tonn miż-żewġ Koperattivi tas-sajd f’Malta u l-ħidma li titwettaq miċ-Ċentru Malti għax-Xjenza tas-Sajd. 

Dr Agius tkellem ukoll dwar numru ta’ inizjattivi oħrajn li qed jieħu l-Gvern biex isostni s-settur tas-sajd.  F’dan il-kuntest hu semma l-iżvilupp tad-dry standing facilities u l-ħlas ta’ għajnuna lis-sajjieda. 

Is-Segretarju Parlamentari Agius fakkar ukoll fl-impenn tal-Gvern li jrawwem l-għarfien għall-ħajja fil-baħar ta’ madwarna u f’dan il-kuntest semma’ l-ftuħ ta’ wirja interattiva fit-Torri ta’ San Luċjan.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow